Birzebbugia……………..8
Neptunes……………….10
(2-2, 3-2, 2-2, 1-5)
F’partita ferm bilanċjata, Neptunes kellhom jitħabtu iktar milli mistenni biex għelbu l-isfida ta’ Birżebbugia bl-iskor ta’ 10-8.
L-ewwel sessjoni ntemmet fi draw ta’ 2-2 bil-goals għal Neptunes jaslu minn Ryan Galea u Mark Castillo minn man-up wara li tkeċċa Marco Mannino. Dan sabiex il-goals għat-team minn nofsinhar ta’ Malta waslu minn Russell Spieri minn man-up wara li tkeċċa James Spiteri Staines u Ryan Mock ukoll minn man-up wara li reġa’ tkeċċa Spiteri Staines.
Birzebbugia rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 3-1 bil-goals jaslu minn Ben Grech (2) bl-ewwel goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Luigi Mallia u Julian Farrugia. Ryan Galea skorja l-uniku goal għat-team mill-Balluta.
Bħall-ewwel sessjoni, it-tielet waħda ntemmet fi draw ta’ 2-2 bil-goals għal Neptunes jaslu minn Gabriel Pace minn man-up wara li tkeċċa Keith Tanti u Ryan Galea. Min-naħa l-oħra, il-goals għal Birżebbugia waslu minn Keith Tanti u David Cutajar minn penalty.
Fir-raba’ sessjoni, Neptunes wettqu reazzjoni mill-aqwa b’Birzebbugia jikkrollaw għal kollox, b’Neptunes joħorġu rebbieħa bl-iskor kbir ta’ 5-1. L-iskorers għalihom kienu Gabriel Pace, Mark Castillo (2) bit-tieni goal tiegħu jasal minn man-up, Max Zammit u James Spiteri Staines. Ben Grech skorja l-uniku goal għal Birzebbugia.
Birzebbugia: 1-Matthew Sladden, 2-Julian Farrugia (1), 3-Neil Cassar, 4-Ben Grech (3), 6-Ryan Mock (1), 7-Marco Mamnino, 8-David Cutajar (1), 9-Cleavon Borg, 10-Keith Tanti (1), 11-Russell Spiteri (1), 12-Miguel Curmi, 13-Fredrick Buhagiar Coach: Pierre Borg
Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Max Zammit (1), 3-Luigi Mallia, 4-Gabriel Pace (2), 5-Damien Cordina, 6-James Spiteri Staines (1), 7-Mark Castillo (3), 8-Jordan Camilleri, 9-Ryan Galea (3), 10-Enrico Mallia, 11-Dejan Bugeja, 12-Ben Zammit, 13-Miguel Farrugia Coach: Nenead Navarin
Referees: Massimo Angileri, Neville Mercieca