Friday, April 26, 2024

Enemed Cup: San Ġiljan wisq b’saħħithom għal Marsaskala

Aqra wkoll

San Ġiljan…………..15

Marsaskala…………..6

(4-1, 2-0, 4-3, 5-2)

San Ġiljan irriżultaw bħala wisq b’saħħithom għal Marsaskala hekk kif għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 15-6.

Il-Ġiljaniżi għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-1, bil-goals jaslu minn Nichoals Bugelli (2), Mattias Ortoleva minn penalty u Daniel Tully. L-uniku goal għall-Iskalin wasal minn Jean Claude Cutajar minn man-up wara li tkeċċa Darren zammit.

San Ġiljan rebħu wkoll it-tieni sessjoni din id-darba b’punteġġ ta’ 2-0 biż-żewġ goals jiġu skorjati mill-captain Matthew Zammit, bit-tieni goal  jasal minn man-up wara li tkeċċa Mark Carani.

Fit-tielet sessjoni, il-Ġiljanizi naqqsu ftit mir-rendiment tagħhom għalkemm xorta waħda ħarġu fuq in-naħa rebbieħa iżda għamlu dan bl-iskor strett ta’ 4-3, bl-awturi tal-goals ikunu Nicholas Bugelli, Russell Caruana, Andreas Galea minn man-up wara li tkeċċa Ayrton Camenzuli u Daniel Tully. Dan sabiex il-goals għall-Iskalin waslu minn Kyle Nacarro, Gerald Sammut u Gianluca Galea.

Il-Ġiljaniżi għamluhom erbgħa minn erbgħa meta rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 5-2, bil-goals għalihom jaslu minn Andreas Galea (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Jean Claude Cutajar, Matthew Zammit ukoll minn man-up wara li din id-darba tkeċċa Ayrton Camenzuli, Kieran Grech għal darb’oħra minn man-up wara li tkeċċa Malcolm Manara u Nico Schiavone. Intant, l-iskorers għal Marsaskala kienu David Pace Lupi u Ayrton Camenuzli.

San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Nicholas Bugelli (3), 3-Andreas Galea (3), 4-Daniel Fero, 5-Russell Caruana (1), 6-Matthew Zammit (3), 7-Mattias Ortoleva (1), 8-Daniel Tully (2), 9-Kieran Grech (1), 11-Darren Zammit, 12-Nico Schiavone (1), 13-Gareth Vassallo Coach: Dorian Pisani

Marsaskala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar (1), 3-Ayrton Camenzuli (1), 4-Paul Privietra, 5-Raoul Greco, 6-Gianluca Galea (1), 7-Kyle Navarro (1), 8-Malcolm Manara, 9-David Pace Lupi (1), 10-Gerald Sammut (1), 11-Jake Ciantar, 12-Mark Carani, 13-Aiden Muscat Coach: Arpad Babay

Referees: Peter Balzan, Richard Magri

Sport