Tuesday, April 30, 2024

“Stennejtu jkun fuq quddiem nett miegħi biex ngħidu lin-nies jieħdu l-booster” – Il-PM Robert Abela

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“L-anqas ħaġa li llum nifhem hija kif l-Oppożizzjoni konsistentament użat il-pandemija fuq livell populista biex b’xi mod jew tagħti daqqa lill-gvern jew tipprova tirbaħ il-voti. Min għandu l-aqwa viżjoni hija kwistjoni ta’ natura politika u jeħtieġ li niddibattu l-aħjar ideat, imma tippruvax tuża l-pandemija bħala ballun politiku.” Sostna dan il-Prim Ministru Robert Abela waqt l-attività tal-bieraħ b’rabta mas-sentejn mill-ħatra tiegħu bħala Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista.

Fost ħafna suġġetti, il-Prim Ministru tkellem dwar il-pandemija u saħaq li jekk f’xejn, fuq dan is-suġġett jeħtieġ li kemm il-gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni jiġbdu ħabel wieħed fl-interess tal-poplu kollu.

“Intkom smajtuh xi darba jinċentiva lin-nies biex imorru għall-booster?” Staqsa Abela filwaqt li kompla biex jgħid li hu stenna li Bernard Grech bħala Kap tal-Oppożizzjoni jingħaqad miegħu biex jgħidu lin-nies biex imorru jieħdu l-booster.

Il-Prim Ministru nnota li wara ċertu lmenti ta’ ċertu nies fuq il-midja soċjali kellna Oppożizzjoni li ħarġet kontra l-miżuri li se jiddaħħlu minn għada 17 ta’ Jannar.

Fi stqarrija maħruġa minnu l-Partit Nazzjonalista ftit tal-jiem ilu qal li “filwaqt li jappoġġja bis-sħiħ il-parir tal-professjonisti tas-saħħa biex jittieħed il-vaċċin u l-booster, il-partit jemmen ukoll fid-drittijiet tan-nies li jieħdu d-deċiżjoni għalihom infushom, speċjalment fil-kuntest li qed jinbidel fil-pandemija.”

Fl-istess stqarrija l-Partit Nazzjonalista għal darba oħra talab għal-legalizzazzjoni tas-self testing kits u d-disponibbiltà tagħhom.

Sport