Thursday, March 20, 2025

Erba’ Kanadiżi jingħataw is-sentenza tal-mewt fiċ-Ċina…. Tentati biex ma jinqatlux waqgħu f’widnejn torox

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Fiċ-Ċina erba’ Kanadiżi ngħataw sentenza tal-mewt wara li aktar kmieni din is-sena ġew akkużati b’reati tad-droga.

Din l-aħbar ġiet ikkonfermata mill-awtoritajiet Kanadiżi li minn informazzjoni li taw, l-erba’ persuni kellhom ċittadinanza doppja u li minkejja l-Kanada talbet biex dawn ma jingħatawx sentenza tal-mewt, iċ-Ċina esegwit bis-sentenza iebsa tagħha.

Iċ-Ċina min-naħa tagħha sostniet li ma tirrikonoxxix ċittadinanza doppja u li għandha liġijiet ħorox relatati ma’ atti kriminali tad-droga. Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Kanada, Mèlanie Joly, min-naħa tagħha spjegat li flimkien ma’ uffiċjali oħra u l-eks Prim Ministru Justin Trudeau, għamlu minn kollox biex iwaqqfu din l-eżekuzzjoni iżda kif qegħdin naraw, irriżulta li kollox kien għal xejn.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport