Friday, May 3, 2024

Erba’ pajjiżi Ewropej inkluż Malta jitolbu għal azzjoni immedjata biex tintemm il-vjolenza f’Gaża

….Franza, l-Ġermanja u l-Italja jitolbu għal sanzjonijiet kontra l-Ħamas

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ilbieraħ il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea iddiskutew il-passi li għandhom jittieħdu fiż-żmien li ġej fejn jirrigwarda il-kunflitt bejn il-Hamas u l-Iżrael f’Gaża, liema kunlfitt ħalla eluf ta’ persuni mejtin fosthom tfal.

Jidher li fid-diskussjoni issemmi diversi miżuri li jistgħu jittieħdu fosthom miżuri restrittivi fuq il-finanzi tal-Hamas u anke projbizzjoni ta’ ivvjaġġar għal persuni Lhud responsabbli minn vjolenza fuq Palestinjani fix-Xatt tal-Punent.

Din id-diskussjoni saret hekk kif kompliet toħroġ il-qasma li teżisti fl-Unjoni Ewropea fejn jidħol dan il-kunflitt. Dan hekk kif għandek pajjiżi bħal Ġermanja u l-Awstrija li qegħdin jappoġġjaw bil-kbir lil Iżrael waqt li l-Irlanda u Spanja qegħdin jagħtu appoġġ lill-Palestinjani.

Bil-Ħamas meqjus bħala organizazzjoni terroristika mill-Unjoni Ewropea u għalhekk fondi u assi tiegħu għandhom ikunu iffriżati fl-Unjoni Ewropea, qiegħed ikun suġġerit li jkun hemm miżuri oħra addizzjonali li jattakkaw il-finanzjament tal-Ħamas u anke l-miżinformazzjoni li huma ixandru.

B’rabta ma’ dan, proprju fit jiem ilu, l-Unjoni Ewropea ħabbret li Mohammed Deif, li hu l-Kmandant tal-militar tal-Ħamas u d-deputat tiegħu Marwan, tpoġġew fus il-lista ta’ terroristi.

Malta u tliet pajjiżi oħra jitolbu lill-Kunsill Ewropeagħal azzjoni immedjata biex tintemm il-vjolenza f’Gaża. F’ittra li intbagħtet minn Spanja, l-Irlanda, l-Belġju, Malta il-Kunsill Ewropew intyalab biex jitlob għal waqfien mill-ġlied f’Gaza.
Dawn l-erba’ stati membri jridu li l-ġimgħa d-dieħla, il-mexxejja Ewropej jiddibattu s-sitwazzjoni f’Gaza u b’mod konġunt, isejħu għal waqfien mill-ġlied li jtemm il-vjolenza li għaddejja f’din il-gwerra.

Il-mexxejja tas-sebgħa u għoxrin stat membru Ewropew se jiltaqgħu fl-erbatax ta’ Diċembru fi Brussell biex jiddiskutu l-għajnuna għall-Ukrajna, il-ġlieda kontra l-aggressjoni Russa, u jirrevedu l-budget Ewropew. Is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani wkoll tinsab fuq l-aġenda.

L-ittra mill-erba’ Prim Ministri, hija indirizzata lill-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel, li jmexxi s-summits Ewropej, u tisħaq dwar is-serjetà u l-gravità tal-gwerra f’Gaza u l-possibilità ta’ aktar eskalazzjoni tal-kunflitt madwar ir-reġjun.

Dawn l-erba’ pajjiżi jridu wkoll konferenza internazzjonali dwar il-paċi f’Gaża kemm jista’ jkun malajr. Intant, il-Ministri tal-Affarijiet Barranin ta’ l-Italja, Franza u l-Ġermanja sejħu lill-Unjoni Ewropea biex timponi sanzjonijiet kontra l-Ħamas u kontra dawk li jappoġġjawhom.

L-ittra tgħid li “l-adozzjoni malajr ta’ dawn is-sanzjonijiet jgħinuna nwasslu messaġġ politiku b’saħħtu. Dan hu dak tal-impenn tal-Unjoni Ewroepa kontra l-Ħamas u fuq kollox ta’ solidarjetà ma’ Iżrael.

Il-kunflitt fil-lvant nofsani lbieraħ kien karatterizzat minn strajk ġenerali fix-Xatt tal-Punent. L-ewwel indikazzjonijiet kienu juru li l-istrajk kien effettiv u pparalizza it-trasport pubbliku, l-edukazzjoni, is-settur finanzjarja, il-ħwienet u n-negozju b’mod inġenerali.

Il-kunflitt f’Gaża lbieraħ kien qed iseħħ qrib l-Isptar al Amal f’Khan Younis, li tinsab fin-nofsinhar ta’ Gaża. Min-naħa tagħhom il-Ħamas ħarġu twissija fuq il-ħajjiet ta’ ostaġġi li huma qegħdin iżommu f’Gaża. Il-messaġġ kien ċar, bil-kelliem tal-Ħamas jgħid li Iżrael mhux se jieħu lura l-priġunieri ħajjin mingħajr negozjati u mingħajr ma jintlaqgħu it-talbiet tar-reżistenza.

Illum, fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, li hi komposta minn 193 pajjiż, mistend ssir votazzjoni fuq rizoluzzjoni li ssejjaħ għal waqfien mill-ġlied f’Gaża.

Sport