Saturday, December 21, 2024

Erba’ persuni se jitressqu l-Qorti wara li ħeġġew persuna taqbeż mis-sur tal-Belt Valletta

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Pulizija se tkun qiegħda tressaq il-Qorti erba’ persuni b’rabta mal-każ li seħħ ftit tal-jiem ilu meta persuni bdew iħeġġu persuna biex taqbeż minn fuq is-sur tal-Belt Valletta.

Skont rapporti, il-Pulizija identifikat erba’ persuni li se jkunu qegħdin jitressqu l-Qorti wara li filmat li nxtered fuq il-midja soċjali kien juri l-istess persuni jħeġġu r-raġel li deher fuq is-sur biex jagħmel li kellu jagħmel.

Il-Pulizija kienu involuti f’operazzjoni delikata li damet madwar sagħtejn biex ikkonvinċew lir-raġel biex ma jaqbiżx.

Intant bosta kienu dawk li rreaġixxew b’rabja għall-imġiba ta’ ċertu persuni li dehru jieħdu filmati u jiżufjettaw bis-sitwazzjoni fil-Belt Valletta.

Aktar tard fil-jiem li segwew dan is-sit kellu informazzjoni li r-raġel fortunatament kien qiegħed jirrispondi tajjeb  għall-kura u li l-kundizzjoni tiegħu kienet qalbet għall-aħjar wara dan l-episodju ikrah.

Ekonomija

Sport