Sunday, December 29, 2024

Erba’ xhur ħabs għal Libjan li pprova jisraq karozza fl-Imsida

Aqra wkoll

Libjan ta’ 35 sena kien ikkundannat erba’ xhur u 20 jum ħabs wara li nstab ħati li pprova jisraq karozza li kienet ipparkjata fl-Imsida.

Il-każ seħħ fil-25 ta’ Ġunju li għadda meta l-Pulizija rċeviet rapport li kien hemm persuna li kien qed jipprova jisraq karozza fi Triq it-Torri fl-Imsida.

Meta marru fuq il-post, il-Pulizija sabet lil Ans Algheziwi mal-art, hekk kif kien hemm erbat irġiel jippruvaw iżommuh. Algheziwi nstab ħati wkoll li hedded lir-raġel li kien qed juża l-karozza u li bir-reat li wettaq kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, ikkundannatu 20 jum ħabs, flimkien ma’ erba’ xhur priġunerija fuq sentenza oħra. Minbarra l-piena tal-ħabs, inħarġet ordni ta’ mandat ta’ arrest fil-konfront tal-akkużat. Il-Maġistrat Stafrace ordnat ukoll konfiska ta’ €15,000 favur il-Gvern.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Shamus Woods.

Ekonomija

Sport