Monday, July 13, 2026
Home Sport Jorginho segwit minn Fenerbahce

Jorginho segwit minn Fenerbahce

0
346

Fenerbache qed isegwu sew il-profil tal-attakkant internazzjonali Taljan Jorginho. Dan tal-aħħar ma ġiex imsejjaħ mill-kowċ il-ġdid Taljan Luciano Spalletti għal-logħbiet internazzjonali li għandhom it-tim nazzjonali. 

Sadanittant Jorginho jinsab ma’ Arsenal u donnu qed jitħajjar jibda avventura ġdid fit-Turkija li għandhom is-suq tat-trasferimenti tagħhom jagħlaq fil-15 ta’ Settembru.

Jorginho għandu 31 sena u fil-karriera tiegħu lagħab ukoll ma’ Verona, Napoli u Chelsea.