Erbat irġiel arrestati f’operazzjoni b’rabta ma’ traffikar tad-droga

Aqra wkoll

Pulizija li kienu fuq ronda bil-pass madwar it-toroq ta’ San Ġiljan b’rabta ma’ investigazzjonijiet
dwar allegat bejgħ tad-droga, arrestaw żewġt irġiel li nstabu fil-pussess ta’ diversi sustanzi
suspettati droga.

Waqt din ir-ronda, wieħed mill-irġiel, Somalu ta’ 38 sena residenti Birżebbuġa avviċina uffiċjal
tal-pulizija li kien pajżan spettur u offrielu li ibiegħlu d-droga. Huwa kien immedjatament
arrestat flimkien ma’ Rumen ta’ 41 sena li joqgħod San Ġiljan stess u li minn sorveljanza li
kienet qed issir, iż-żewġ persuni dehru kemm-il darba flimkien.

Fi tfittxija li saret fuqhom, instabu madwar 18-il qartas bid-droga suspettata kokaina, flimkien
ma’ 12-il qartas bi droga suspettata kannabis, kif ukoll numru ta’ boroż bi 13-il pillola
suspettata MDMA.

Immedjatament il-Pulizija rrikorriet fir-residenza tar-Rumen fejn f’waħda mill-kmamar instab
Malti ta’ 27 sena residenti l-Isla, flimkien ma’ Kolombjan ta’ 33 sena li joqgħod fl-istess
appartament. Huma instabu qegħdin jipproċessaw u jippakjaw sustanza suspettata droga
tusi. Huma kienu arrestati immedjatament.
Minn dan il-post ġew elevati wkoll madwar 10 pilloli oħra simili għal dawk misjuba iżjed
kmieni.

Il-Maġistrat Dr. Philip Galea Farrugia LL.D. ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. Il-persuni mistennija jitressqu l-Qorti llum, għall-ħabta tal-ħdax
u nofs ta’ filgħodu (1130hrs), quddiem il-Maġistrat Dr Jean Paul Grech LL.D

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport