Thursday, August 6, 2026
0
3

MOHAMED SALAH – Il-club Tork, Trabzonspor, qal li jinsab ferm viċin li jiffirma lill-attakkant internaz­zjonali Eġizzjan, Mohamed Salah, 34 sena, wara li telaq lil Liverpool fi tmiem l-istaġun li għadda bħala aġent ħieles. Illum stess se jsirlu l-eżami mediku.  Huwa rebaħ żewġ Premier Leagues, iċ-Champions League, it-Tazza tad-Dinja tal-Clubs, il- UEFA Super Cup, l-FA Cup, żewġ League Cups u l- Community Shield.

TIJJANI REIJNDERS – Il-midfielder internazzjonali Olandiż ta’ Manchester City, Tijjani Reijnders, 28 sena, ħareġ bħala mira ta’ £55 miljun għal Nottingham Forest.

FOLARIN BOLAGUN – L-attakkant tal-Istati Uniti, Folarin Balogun, 25 sena, ġie offrut lil Tottenham permezz ta’ intermedjarji, bil-futur tal-eks attakkant ta’ Arsenal f’Monaco huwa nċert.

SAVINHO, CODY GAKPO u JEAN-MATTEO BAHOYA – Min-naħa l-oħra Spurs qegħdin f’kuntatt ma’ Manchester City dwar il-winger Brażiljan, Savinho, 22 sena, filwaqt li huma interessati wkoll fl-attakkant ta’ Liverpool u l-Olanda, Cody Gakpo, 27 sena, u l-midfielder offensiv Franċiż ta’ Eintracht Frankfurt, Jean-Matteo Bahoya, 21 sena.

PEDRO NETO – Jekk Savinho jiddeċiedi li jingħaqad ma’ Tottenham, Manchester City se jduru fuq il-winger ta’ Chelsea u l-Portugall, Pedro Neto, 26 sena, meta diġà għamlu kuntatt mal-kamp tal-player.

IBRAHIM MBAYE – Liverpool xeħtu l-interess tagħhom fuq il-winger tas-Senegal u Paris St-Germanin, Ibrahim Mbaye, 18-il sena. Minkejja li Bayer Leverkusen qed juru interess, huwa għamilha ċara li jippreferi jmur jilgħab f’Anfield.

PEP CHAVARRIA – Chelsea huma qrib li jiffinalizzaw ftehim ma’ Rayo Vallecano għad-difensur xellugi Spanjol, Pep Chavarria, 28 sena, li qabel fuq it-termini personali mal-cub tal-Premier League.

NICOLAS JACKSON – Tottenham huma interessati fl-attakkant ta’ Chelsea u s-Senegal, Nicolas Jackson, 25 sena, iżda għadhom iridu jagħmlu approċċ formali me­ta l-Blues qed jistmawh £65 miljun.

DIOGO COSTA – Chelsea qed jikkunsidraw trasferiment għall-goalkeeper ta’ Porto u l-Portugall, Diogo Costa, 26 sena, li qabel kien imsemmi ma’ Manchester United u għandu klawsola ta’ rilaxx ta’ £51 miljun.

GERONIMO RULLI – Manchester City għamlu offerta biex jiffirmaw lill-goalkeeper ta’ Marseille u l-Arġentina, Geronimo Rulli, 34 sena, bin-negozjati bejn il-clubs jinsabu għaddejjin.

MANOR SOLOMON – Hull City qed jikkompetu ma’ West Ham, li sfaw relegati, għall-winger Iżraeljan ta’ Tottenham, Manor Solomon, 27 sena, li jiswa madwar £20 miljun.

MORGAN GIBBS-WHITE – Manchester United qed jaraw lill-midfielder ta’ Nottingham Forest u l-Ingilterra, Morgan Gibbs-White, 26 sena, bħala suċċessur potenzjali għall-captain Bruno Fernandes, 31 sena, jekk l-internazzjonali Portugiż jiddeċiedi li jitlaq minn Old Trafford.

JHON LUCUMIManchester United u Chelsea huma t-tnejn interessati fid-difensur ċentrali Kolumbjan ta’ Bologna, Jhon Lucumi, 28 sena, li kien ukoll suġġett ta’ offerti mill-clubs tas-Serie A, Juventus u Como.

JADON SANCHO – L-eks winger ta’ Manchester United u l-Ingilterra, Jadon Sancho, 26 sena, għandu ftehimiet fil-prinċipju ma’ bosta clubs fl-Ewropa, fl-Arabja Sawdija u fil-Lvant Nofsani, u qed jagħrbel l-għażliet tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here