Thursday, August 6, 2026
Home Sport Neptunes fil-finali … itemmu x-xettru ta’ champions ta’ San Ġiljan

Neptunes fil-finali … itemmu x-xettru ta’ champions ta’ San Ġiljan

0
2
ritratt: Mark Mangion

NEPTUNES BEST GYMS………. 14

SAN ĠILJAN MAA DAIKIN…. 13

(2-3, 5-1, 3-4, 4-5)

Neptunes kisbu post fil-finali tal-Kampjonat Premier meta għelbu lill-ġirien iżda rivali San Ġiljan bl-iskor strett ta’ 14-13, biex b’hekk temmew ix-xetru ta’ Champions tal-Ġiljaniżi. .

Neptunes bdew din il-finali b’vantaġġ minħabba l-fatt li kellhom pjazzament aħjar fi tmiem il-kampjobat regolari hekk kif huma temmew fil-quċċata filwaqt li San Piljan temmew fir-raba’ post.

B’hekk rebħa f’din il-partita kienet tassigura lil Neptunes minn post fil-finali, kif fil-fatt ġara, fejn se jkunu qed jaffrontaw lir-rebbieħ tal-play-off deċisiva bejn Sirens u Sliema.

Kawża ta’ dan ir-riżultat, b’hekk intemm staġun kollox ma’ kollox diżappunatnti għal San Ġiljan hekk kif it-tragward ewlieni tagħhom m’hemmx dubju li kien ir-rebħ tal-kampjonat. Dan għalkemm wieħed ma jridx jinsa li proprju nhar il-Ħadd li għadda huma rebħu n-Knock-Out meta fil-finali għelbu lill-istess Neptunes bl-iskor ta’ 13-10.

Wieħed ma jridx jinsa wkoll li s-Saints matul ix-xahar sħiħ ta’ Lulju kellhom erba’ players ewlenin sospiżi … Jake Tanti, Jeremy Abela, Jake Bonavia u Ben Plumpton, u li kawża t’hekk San Ġiljan tilfu diversi partiti importanti f’konfronti diretti.

Għall-kronaka ta’ din il-play-off deċisiva li fiha San Ġiljan sfaw megħluba minn Neptunes, il-Ġiljaniżi kellhom jgħaddu mingħajr is-servizzi ta Jake Muscat u Jake Bonavia minħabba li kienu sospiżi wara li tkeċċew permezz ta’ karta ħamra diretta minħabba brutality proprju fl-aħħar sessjoni tal-finali tan-Knock-Out kontra Neptunes.

Ukoll f’din il-play-off San Ġiljan kellhom lill-player Darren Zammit imkeċċi b’karta ħamra fit-tieni sessjoni wara brutality fuq il-captain ta’ Neptunes Stevie Camilleri, b’San Ġiljan ikollhom jilagħbu bi player inqas għal erba’ minuti f’din is-sessjoni, b’Neptunes japprofittaw minn dan u fil-fatt ħarġu rebbieħa bl-iskor kbir ta’ 5-1, liema sessjoni indubbjament għamlet id-differenza kollha fil-partita.

Dan filwaqt li San Ġiljan rebħu l-ewwel, t-tielet sessjoni u r-raba’ sessjoni bl-iskors rispettivi ta’ 3-2, 4-3, u 5-4. 

Għal San Ġiljan spikka ferm il-Kroat Jerko Marinic-Kragic li skorja iktar minn nofs il-goals għat-tim tiegħu … seba’ goals, filwaqt li għal Neptunes l-aqwa skorer kien il-kompatrijott Kroat Marko Zuvela li rreġistra poker personali.

Neptunes: M. Castillo, M. Lanzon (1), S. Gialanze (1), L. Mallia, J. Camilleri, J. Valletta (2), S. Camilleri (3), I. Nagaev (2), M. Castillo, J. Bajada (1), M. Azzopardi, M. Zuvela (4), M. Rossi, A. Fava, H. Shramm

San Ġiljan: J. Tanti, G. Galea, J. Marinic-Kragic (7), N. Schiavone, R. Caruana (2), M. Zammit, N. Grech, B. Plumpton, J. Abela, N. Zammit (2), D. Zammit, A. Fenech (2), A. Muscat, L. Dimech, D. Bugeja

Referees: Adrian Alexandrescu, Vesline Miskovic

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here