Sunday, December 22, 2024

Erbat irġiel jinżammu arrestati b’rabta ma’ aggressjoni f’ħanut tax-xagħar f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Erbat irġiel inżammu taħt arrest preventiv b’rabta ma’ aggressjoni li seħħet f’ħanut tax-xagħar f’Ħal Qormi l-ġimgħa li għaddiet.

L-irġiel huma Alaa Mohamed 29 sena, Abd Alkarim Zidan ta’ 28 sena, Mohamad Mohamad ta’ 32 sena u Bashar Mohamad ta’ 29 sena, li lkoll huma Sirjani u jgħixu Ħal Qormi.

Huma tressqu b’arrest quddiem il-Maġistrat Nadia Helena Vella mixlija li fid-9 t’April li għadda darbu gravi raġel ieħor b’sikkina. Tnejn mill-imputati, li kellhom fuqhom imqass li kien imtebba’ bid-demm, marru l-għassa fejn allegaw li kienu ġew aggrediti. Fl-istess ħin, l-għassa tal-pulizija kienet irċeviet telefonata mill-ħanut dwar l-inċident.

L-erba’ imputati wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom iżda nżammu taħt arrest preventiv wara li kellhom it-talba għall-ħelsien mill-arrest miċħuda mill-Qorti. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Nicole Marie Sladden mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispettur Wayne Bonello. L-avukati Noel Bianco u Martina Herrera dehru għal Alaa Mohamed, filwaqt li l-Avukat Bianco deher ukoll għal Zidan.

L-Avukati Roberta Bonello u Adreana Zammit kienu qed jassistu lil Mohamed Mohamed mentri l-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri dehru għal Bashar Mohamad. 

Ekonomija

Sport