Friday, November 15, 2024

Erdogan jiddikjara r-rebħa fl-elezzjoni presidenzjali fit-Turkija

Aqra wkoll

Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan iddikjara r-rebħa fl-elezzjoni presidenzjali li saret aktar kmieni llum.

Waqt li kien qed jindirizza lill-partitarji, Erdogan, li ilu 20 sena fil-poter, qal li l-votanti tawh ir-responsabbiltà li jmexxi għall-ħames snin li ġejjin. Huwa enfasizza li “l-unika rebbieħa hija t-Turkija.”

L-avversarju politiku tiegħu Kemal Kilicdaroglu ma ta l-ebda reazzjoni għad-diskors tar-rebħa ta’ Erdogan. Għalkemm ir-riżultati uffiċjali għad iridu jiġu mħabbra, l-ewwel indikazzjonijiet kienu juru li Erdogan kiseb aktar minn 52% tal-voti.

Ekonomija

Sport