Wednesday, April 24, 2024

Il-kontestanti b’għażla iebsa biex jeliminaw ġuvni u tfajla minn fosthom … min se jkunu?

Aqra wkoll

Il-Programm Love Island Malta daħal f’fażi li l-ebda mill-parteċipanti ma xtaq li tasal. Wara li Sabrina kienet għażlet hi stess li tħalli l-villa biex tkun tista’ tirritorna għar-rutina li tant ħasset in-nuqqas tagħha, fl-aħħar sigħat il-koppji saru jafu li żewġ kontestanti se jkunu qed iħallu l-villa fuq bażi ta’ eliminazzjoni.

F’messaġġi li rċevew il-parteċipanti, il-poplu għażel it-tliet koppji favoriti li mingħajr ordni kronoloġika huma Chelsea u Allen, Marie Chrisitine u Kyle u Gabrielle u Zven.

Dan ifisser li minn fost it-tliet koppji l-oħra, żewġ persuni jinsabu fl-aħħar parti tal-esperjenza tagħhom fil-villa hekk kif is-subien ingħataw 5 minuti biex jagħżlu t-tfajla li jixtiequ li tħalli l-villa u t-tfajliet ingħataw l-istess ħin biex jagħżlu liema huwa l-ġuvni li jixtiequ li jħalli l-villa.

Ma jistax jonqos li l-attenzjoni waqgħet fuq Nicola u Dale li sa mill-bidu nett kienu waħda mill-koppji l-iktar li kienu jidhru li qed jaqblu u b’hekk l-eliminazzjoni ta’ xi ħadd minnhom se tkun daqqa ta’ ħarta għal dak kollu li seħħ bejniethom fil-villa.

Sport