Tuesday, October 20, 2026
Home Sport Erik ten Hag ried jiffirma lil Harry Kane u lil Declan Rice...

Erik ten Hag ried jiffirma lil Harry Kane u lil Declan Rice ma’ Manchester United

0
78

L-eks coach ta’ Manchester United, Erik ten Hag, żvela li kien talab lill-club biex jiffirma lil Harry Kane u Declan Rice, iżda l-ġerarkija tar-Red Devils ma rnexxilhiex twettaq dawn it-trasferimenti. Kane ngħaqad ma’ Bayern Munich, filwaqt li Rice ssieħeb ma’ Arsenal, it-tnejn bi ħlasijiet ta’ aktar minn £100 miljun.

Ten Hag qal ukoll li kien interessat f’Danny Welbeck u Brian Brobbey, filwaqt li esprima d-diżappunt tiegħu dwar il-bejgħ ta’ Scott McTominay lil Napoli, minkejja li kien ingħata assigurazzjonijiet li l-player ma kienx se jitlaq.

Barra minn  hekk, Ten Hag reġa’ kkritika wkoll lil Cristiano Ronaldo, li kien telaq minn Old Trafford wara kunflitt miegħu. Huwa sostna li l-attakkant ma kienx ipprepara ruħu sew fiżikament u li ma kienx qed jgħin lit-team kemm fil-pussess tal-ballun kif ukoll meta l-avversarji kellhom il-pussess.

Għaldaqstant ma kienx hemm triq oħra li jitlaq mill-club.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here