Tuesday, October 20, 2026
Home Sport Arsenal interessati li jiffirmaw lil Nicolò Tresoldi ta’ Club Brugge

Arsenal interessati li jiffirmaw lil Nicolò Tresoldi ta’ Club Brugge

0
51

Arsenal qed jikkunsidraw li jagħmlu offerta għall-attakkant ta’ Club Brugge, Nicolò Tresoldi, fis-suq tat-trasferiementi ta’ Jannar, hekk kif il-Gunners qed ifittxu għażliet biex issaħħu lit-team. 

Tresoldi, 22 sena, impressjona bil-kbir fil-bidu tal-istaġun 2026/27, fejn skorja disa’ goals fi 12-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha. Fost dawn kien hemm hat-trick spettakolari fir-rebħa ta’ Club Brugge ta’ 4-3 kontra Inter fiċ-Champions League. 

Arsenal għandhom relazzjoni tajba mal-club Belġjan wara li fis-sajf akkwistaw lil Christos Tzolis. 

Madankollu, Arsenal qed jiffaċċjaw kompetizzjoni minn Tottenham Hotspur u Milan, b’dawn tal-aħħar huma l-favoriti minħabba li r-Rossoneri huma t-team li ilu jappoġġja mindu kien tifel. 

Il-valur ta’ Tresoldi huwa ta’ €60 miljun.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here