Tuesday, October 20, 2026
Home Sport Cristiano Ronaldo jaqla’ d-doppju ta’ Lionel Messi

Cristiano Ronaldo jaqla’ d-doppju ta’ Lionel Messi

0
54

Cristiano Ronaldo qed jaqla’ madwar id-doppju ta’ Lionel Messi, skont klassifika ġdida tal-players tal-football l-aktar imħallsa fid-dinja.

L-istilla Portugiża ta’ Al-Nassr taqla’ madwar $300 miljun fis-sena, meta jitqiesu s-salarju u d-dħul kummerċjali tagħha. Minn din is-somma, madwar $250 miljun ġejjin mill-attività tiegħu fil-ground, filwaqt li $50 miljun  oħra huma marbuta ma’ reklamar u attivitajiet kummerċjali.

Min-naħa tiegħu, Messi, li jilgħab ma’ Inter Miami fl-Istati Uniti, huwa stmat li jaqla’ madwar $145 miljun fis-sena, jiġifieri $150 miljun  inqas minn Ronaldo. 

Dawn iċ-ċifri jkomplu juru d-differenza fid-dħul bejn iż-żewġ stilel, li għal snin twal kienu protagonisti ta’ waħda mill-akbar rivalitajiet fl-istorja tal-football. Filwaqt li Ronaldo jibbenefika minn kuntratt finanzjarjament enormi fl-Arabja Sawdija, Messi jdaħħal parti sostanzjali mill-qligħ tiegħu minn sħubijiet kummerċjali u ftehimiet ta’ reklamar.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here