Tuesday, October 20, 2026
Home Sport Real Madrid qed jitolbu €50 miljun għal Trent Alexander-Arnold?

Real Madrid qed jitolbu €50 miljun għal Trent Alexander-Arnold?

0
49

Rapporti fi Spanja qed isostnu li Real Madrid allegatament qed jitolbu €50 miljun għal Trent Alexander-Arnold, hekk kif qed jiżdiedu l-ispekulazzjonijiet dwar il-futur tad-difensur Ingliż mal-club Spanjol.

Alexander-Arnold ingħaqad ma’ Real Madrid wara li temm iż-żmien tiegħu ma’ Liverpool, fejn kien wieħed mill-aktar difensuri importanti tat-team fejn rebaħ diversi unuri, fosthom il-Premier League u l-UEFA Champions League.

Madankollu, il-futur tiegħu fil-kapitali Spanjola qed ikun suġġett għal spekulazzjoni, hekk kif il-ħin limitat ta’ logħob taħt il-coach, José Mourinho, qajjem dubji dwar ir-rwol tiegħu fit-team. 

Liverpool huma wieħed mill-aktar clubs li jixtiequ s-servizzi tiegħu iżda it-talba ta’ €50 miljun tista’ tkun ostaklu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here