Jacob Walker ta’ Birżebbuġa St Peter’s ġie sospiż għal tmien logħbiet wara li tkeċċa minn fuq il-bank tas-sostituti waqt il-konfront tal-Malta Premier kontra Hibernians, li ntlagħab nhar il-Ħadd.
Il-viċi president ta’ Birżebbuġa, Peter Mark Cachia, ġie sospiż għal 10 logħbiet.
Andrea Zammit Tabone, uffiċjal ta’ Sliema Wanderers, ukoll ġie sospiż għal għaxar logħbiet.
Oluwatobiloba Dimeji Awosanya ta’ Balzan ġie sospiż għal żewġ logħbiet, filwaqt li Sekala Guehi (Balzan), Fernandinho (Birkirkara), Dunstan Vella (Floriana), Steven Pisani (Sliema Wanderers) u Brandon Paiber (Valletta) kollha ġew sospiżi għal logħba waħda.
Fil-BOV Challenge League, Christian Gauci (Naxxar) u Eman Micallef (Santa Lucia) ġew sospiżi għal logħba waħda.
Fil-BOV National League I, Gabriel Sant (Dingli) ġie sospiż għal logħba waħda, filwaqt li Alec Newell (Għargħur) ġie sospiż għal logħba waħda fil-BOV National League II.




