Eritrean li l-Pulizija sabulu d-droga fuqu esprima x-xewqa li jmur lura pajjiżu.
Omer Abdella Salih ta’ 25 tressaq il-Qorti wara li s-Sibt filgħodu kien arrestat f’San Ġiljan wara li nstab fil-pussess ta’ droga kokaina.
Salih tressaq quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella llum mill-Ispettur Brian Xuereb. Il-prosekuzzjoni spjegat li minbarra ammont żgħir ta’ droga fuqu nstabet ukoll arma li taqta’ u bil-ponta.
Id-Difiża qalet li dan huwa l-ewwel każ tal-akkużat u li d-droga kienet għall-użu personali tiegħu.
Il-Maġistrat Vella ordnat li l-imputat jibqa’ arrestat sakemm tingħatalu s-sentenza f’seduta oħra.