Saturday, December 21, 2024

Eroj tat-Tieni Gwerra Dinjija jmut bil-coronavirus

Aqra wkoll

Ingliż li fit-Tieni Gwerra Dinjija għen lil Malta tiddefendi lilha nnifisha mill-attakki tal-għadu miet ta’ 99 sena kawża tal-coronavirus.

Charles Wright daħal fil-militar ta’ pajjiżu ta’ 15-il sena u ħadem mat-taqsima tal-ambulanzi billi qalilhom li kellu 17-il sena. Huwa ntbagħat in-Norveġja sakemm ġie trasferit għal Malta fejn bejn l-1940 u l-1942 għen fid-difiża mill-attakki tal-Ġermaniżi u t-Taljani. Wara huwa ntbagħat il-Greċja fejn inqabad bħala priġunier u dam 18-il xahar miżmum qabel ġie rilaxxat u rritorna pajjiżu.

Wright kien miżżewweġ lil Ruby u minbarra li kellhom tlitt itfal kienu wkoll nanniet ta’ 12-il sena u bużnannu ta’ 24. Martu mietet bl-Alzheimer’s erba’ snin ilu u s-sena li għaddiet iddaħħal fid-dar tal-anzjani Willows Care Home fejn miet.

Wright huwa wieħed minn 7,500 persuna fi djar tal-anzjani maħsuba li mietu bil-coronavirus fir-Renju Unit.

Ekonomija

Sport