Grupp ta’ partitarji Maltin ta’ S.S. Lazio kellhom esperjenza unika ġewwa Auronzo di Cadore fl-Italja, fejn qed isir il-pre-season tal-Lazio.
Apparti li segwa s-sessjonijiet tat-taħriġ u l-ewwel partita ta’ ħbiberija tal-preseason tal-Lazio, il-grupp Malti kellu l-opportunitá wkoll jiltaqa’ mal-players, staff tekniku u diriġenti tal-Lazio, fejn ħafna minnhom tkellmu b’mod pożittiv dwar Malta u apprezzaw il-preżenza u s-sapport tal-Maltin.
Fost dawn il-kummenti spikkaw dawk tal-falkunier tal-Lazio, Juan Bernabe, li tenna li ta’ spiss iżur Malta, u anke wieħed mill-ġurnalisti ta’ Lazio Channel li stqarr li ftit tal-gimghat ilu stess qatta’ ftit jiem ġewwa Għawdex.
Sergej Milinkovic-Savic gie ippreżentat bl-unur tal-Player tas-Sena magħżul mill-partitaji Maltin tal-Lazio, filwaqt li ngħata rikonoxximent lil Ciro Immobile bħala l-aqwa skorer tal-kampjonat. Ingħata rikonoxximent ukoll lill-Coach Maurizio Sarri.