Saturday, May 4, 2024

Espert tal-Qorti jixhed li ma nstabx il-laptop tal-eks kappillan ta’ Marsaxlokk Luke Seguna 

Aqra wkoll

Hekk kif illum kompliet tinstema il-kawża tal-eks kappillan ta’ Marsaxlokk, xehed espert tal-Qorti li qal li l-laptop ta’ Seguna li kien qiegħed jinżamm il-Qorti stess ma nstabx. 

L-eks kappilan jinsab mixli fuq ħasil ta’ flus, bil-Prosekuzzjoni tallega, li f’perjodu ta’ għaxar snin, huwa ħa madwar €500,000 fi flus kontanti mingħand  150 parruċċan. 

Fil-Qorti intqal li l-espert tal-Qorti Keith Cutajar kien imqabbad mill-Qorti stess sabiex jagħmel eżami ta’ x’kien fih il-laptop ta’ Seguna. Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello li qed tipprosedi l-każ,  huwa xehed li ma sabux fil-kamra fejn jinżammu oġġetti.

Il-Maġistrat Montebello talbet sabiex sakemm jinstab il-laptop tal-eks kappillan, jixhdu kemm l-uffiċjal li qal lill-espert li ma sabx il-laptop kif ukoll il-pulizija li kien esebieh.

1 kumment

  1. Hsibt li l magistrat se tordna lill pulizija tinvestiga kif naqas dan il lap top.Dan il post gie Interrogat min imexxih.Sikwit nisimaw li naqsu xi affarijiet.Ftit gimghat ilu qrajna li kien hemm messaggier li gie mitlub minn xi hadd li jahdem fil qorti stess biex igiblu file ta xi hadd.DAN IL MESSAGIER MA ACCETTAX.Prosit lill dan is sinjur.

Comments are closed.

Sport