Saturday, May 4, 2024

Rinnovar f’dar li toffri trattament lir-residenti li jkunu deħlin għal progamm ta’ rijabilitazzjoni 

- Investiment ta’ €80,000 f’Dar l-Impenn f’Ħal Farruġ

Aqra wkoll

B’investiment ta’ €80,000 sar rinnovar estensiv f’Dar l-Impenn f’Ħal Farruġ bil-għan li bit-tmexxija tas-Sedqa, se tkun qiegħda toffri servizzi 24 siegħa kuljum lir-residenti.

F’din id-dar, huma se jkunu qegħdin jingħataw it-trattament adekwat għal sustanzi qabel jidħlu fi programm ta’ rijabilitazzjoni.

Dan tħabbar fl-inawgurazzjoni li saret b’rabta ma’ dan il-proġett, mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon aktar kmieni llum.
Ġie spjegat kif f’Dar l-Impenn, ir-residenti se jkunu qegħdin iqattgħu ġimgħa u li f’dan il-perjodu, se jiġu assistiti minn diversi infermiera u carers.

Id-Direttur tal-Operazzjonijiet ta’ Sedqa, Charles Scerri sostna li matul l-2023, b’kollox kien hemm 195 persuna li għamlu użu minn din id-dar, bil-maġġoranza minnhom li kienu rġiel.

Il-Ministru Falzon spjega wkoll li dan huwa servizz nazzjonali li jservi sew lill-Komunità Santa Marija u servizzi oħra li jeżistu.

Preżenti għal din l-inawgurazzjoni, kien hemm il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi u l-Ħarsien Soċjali, l-FSWS, Alfred Grixti, li fakkar li din is-sena s-Sedqa qed tagħlaq tletin sena mit-twaqqif tagħha

Sport