Sunday, April 21, 2024

Il-GWU tiffirma Ftehim Kollettiv ġdid għall-impjegati tad-DHL (Malta)

Aqra wkoll

Ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid bejn il-General Workers’ Union (GWU) u d-DHL (Malta). Il-ftehim, li jkopri l-perjodu 2023-2026, jipprovdi kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar għall-impjegati kollha.Il-ftehim kien iffirmat minn Riccarda Darmanin, Segretarju Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi tal-GWU u Dimitris Papas – Country Manager Malta – DHL Express u wkoll Walid Fettane bħala x-shop steward li jirrappreżenta lill-impjegati.

Wara l-iffirmar tal-Ftehim Kollettiv, Papas irringrazzja lil dawk kollha involuti fin-negozjati li sar b’rispett reċiproku u bir-rieda għal aktar titjieb fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema.

Darmanin, f’isem il-GWU esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-mod kif saru n-negozjati fejn intweriet rieda tajba minn kulħadd, li wasslet għal konklużjoni sodisfaċenti għall-partijiet kollha kkonċernati. Hija rringrazzjat ukoll lill-membri tal-kumitat għad-dedikazzjoni tagħhom u lill-impjegati għall-fiduċja li għandhom fil-GWU. Id-DHL (Malta) timpjega total ta’ 92 impjegat.

Sport