Wednesday, July 24, 2024

Tifla ta’ tliet snin minn Gaza llum tiġi għall-kura f’Malta

Aqra wkoll

Illum se tasal f’Malta ċ-ċkejkna Selah minn Gaza biex tkompli t-trattament mediku tagħha. Grazzi għal donazzjonijiet li saru u kordinazzjoni mal-Gvern Malti din it-tifla ta’ tliet snib se tkun tista’ tkompli tieħu t-trattament meħtieġ fl-isptar Mater Dei. 

Selah irnexxielha ssalva minn attakk mill-ajru Iżraelit, attakk li sfortunament sewa l-ħajja ta’ ommha u ħuha. Wara kienet saritilha operazzjoni urġenti għall-ġrieħi li sofriet, Selah reġgħet ingħaqdet ma’ missierha. 

Preżentament f’Gaza hemm 11-il sptar biss minn total ta’ 36, li qegħdin parzjalment jiffunzjonaw – ħamsa fit-Tramuntana u sitta fin-Nofsinhar. Skont l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO), in-numru ta’ sodod fl-isptarijiet fil-Medda ta’ Gaza minn 3,500 naqas għal 1,400.

L-Ambaxxatur Palestinjan għal Malta, Fadi Hanania, qal dan il-vjaġġ huwa possibbli għax rnexxielhom jiġbru fondi biżżejjed. Min-naħa tiegħu huwa rringrazzja lill-Gvern Malti u lil dawk kollha li taw donazzjjoni biex dan il-vjaġġ lejn pajjiżna jkun possibbli. 

Dawk kollha li jixtiequ jagħtu donazzjoni biex jgħinu aktar tfal fi bżonn ta’ kura, jistgħu jagħmlu dan billi jagħmlu kuntatt mal-Ambaxxata fuq 27801200 jew inkella permezz ta’ Revolut fuq in-numru 99619998. 

Ekonomija

Sport