Saturday, December 21, 2024

Esperti tal-kafè, wasal il-jum tagħkom!

Aqra wkoll

L-appassjonati tal-kafè madwar id-dinja jingħaqdu biex jiċċelebraw ix-xarba sħuna favorita tagħhom fl-1 ta’ Ottubru, il-Jum Internazzjonali tal-Kafè

Ma tgħaddix mingħajr kikkra kafè biex tibda l-ġurnata? Mela ħaddan il-kultura tal-kafè fl-1 ta’ Ottubru, meta l-Jum Internazzjonali tal-Kafè jiċċelebra dak kollu li għandu x’jaqsam max-xarba sħuna favorita ta’ kulħadd.

Il-Jum Internazzjonali tal-Kafè jikkommemora dak kollu li hu marbut mad-dinja tal-kafè, mill-bosta modi kif jista’ jitgawda mill-komunità globali tal-kafè, sa dawk li jinkaljawh, il-produtturi, u l-miljuni ta’ bdiewa li jaqilgħu l-għajxien tagħhom minnu.

Kont taf li ż-żerriegħa tal-kafè attwalment tiġi mill-frotta (imsejħa “ċirasa”) tal-pjanta tal-kafè? Din iċ-ċirasa tista’ tittiekel imma t-togħma tagħha m’għandha x’taqsam xejn ma’ dik tal-kafè. Fil-fatt, għandha togħma ħafifa u kemxejn ħelwa – baħar jaqsam bejnha u bejn il-kafena rikka u mimlija togħma ta’ ġo fiha. Hemm ’il fuq minn 120 varjetà differenti ta’ pjanti tal-kafè, kull waħda bit-togħma distinta tagħha, u għaldaqstant l-appassjonati tal-kafè madwar id-dinja għandhom firxa vasta ta’ tjubija minn fejn jagħżlu.

Kemm jekk tippreferi sempliċement kafè iswed minflok il-cappuccino ta’ filgħodu, espresso għal wara l-ikel, jew varjetajiet oħra bħal latte, cortado, macchiato, kafè mkessaħ jew Irlandiż, hemm elf mod kif il-konsumatur jista’ jgawdi l-benna li kapaċi toħroġ minn ftit żerriegħa.

Different Nescafe Coffee in mugs.

Waqt li jirrikonoxxi s-sehem ta’ kull min hu involut fil-vjaġġ tal-kafè sakemm jasal fil-kikkra tiegħek, il-Jum Internazzjonali tal-Kafè hu wkoll opportunità biex tagħraf xi ftit mill-benefiċċji li tieħu meta tixrob ix-xarba msajra favorita tiegħek. Pereżempju, studji li qed isiru jissuġġerixxu li l-kafè mhux sempliċement xarba bnina li tistimulak; jgħinek tibqa’ fuq tiegħek u ffokat, fost benefiċċji ohra

“L-industrija ilha ħafna li fehmet il-kafè u l-benefiċċji kollha tiegħu, kif ukoll l-importanza li jiġi prodott b’rispett, kemm għall-ambjent kif ukoll b’appoġġ għall-bosta familji ta’ bdiewa li jiddependu fuqu madwar id-dinja,” spjegat Charlene Ellul, Coffee Category Business Manager, NCC u Corporate Communications Manager għal Nestlé Malta Ltd.

“Aħna nafu li ħwejjeġ kbar jibdew b’kikkra kafè. Għaldaqstant, f’dan il-Jum Internazzjonali tal-Kafè, iddedika mument għall-kafè msajjar kif tħobbu int, biex tiċċelebra magħna u tħares ’il quddiem b’ħerqa għal ħafna aktar snin ta’ kafè,” żiedet is-Sa Ellul, hi u tgħolli l-kikkra f’tislima liż-żerriegħa ċkejna u umli tal-kafè.

Ekonomija

Sport