Friday, November 15, 2024

Estiża l-libertá proviżorja fil-konfront ta’ Mason Greenwood

Aqra wkoll

L-istilla ta’ Manchester United, Mason Greenwood, kellu l-libertà proviżorja tal-pulizija estiża fuq allegazzjonijiet li stupra u aggredixxa mara żagħżugħa aktar kmieni din is-sena.

Il-Pulizija ta’ Greater Manchester (GMP) applikat biex il-libertà proviżorja tiegħu tiġi estiża fil-Maġistrati ta’ Manchester u Salford, fejn ingħatat.

Il-player ta’ 20 sena ġie arrestat f’Jannar li għaddawara li dehru xi ritratti u filmati tiegħu fuq l-internet iwettaq atti mhux xierqa fil-pubbliku.

Aktar tard kien ukoll mistoqsi fuq suspett li għamel theddid ta’ qtil hekk kif qatta’ tlett iljieli f’ċelel f’għassa tal-pulizija ta’ Greater Manchester.

Greenwood ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq pleġġ kondizzjonali. Dan l-ewwel ġie estiż sa nofs Ġunju u issa reġa’ ġie estiż.

Madankollu l-pulizija ma speċifikatx meta l-każ se jkun qed jintemm wara s-seduta magħluqa tal-bieraħ fil-qorti.

Ekonomija

Sport