Etihad Airways, l-isponsor ewlieni ta’ Manchester City, qed tikkunsidra azzjoni legali kontra l-Premier League wara li l-linja tal-ajru ġiet assoċjata ma’ ftehimiet ta’ sponsorship li ġew deskritti bħala “fittizji” fid-deċiżjoni dwar il-ksur tar-regoli finanzjarji mis-City.
Etihad, li ma ssemmietx fid-deċiżjoni ppubblikata, ċaħdet kategorikament kwalunkwe involviment f’arranġamenti kummerċjali mhux xierqa u qalet li l-Premier League qatt ma kkuntattjatha matul il-proċess investigattiv. Il-kumpanija sostniet li qatt ma ngħatat l-opportunità tipprovdi informazzjoni jew twieġeb għall-allegazzjonijiet.
Il-Premier League sab li Manchester City ħeba aktar minn £830 miljun f’finanzjament permezz ta’ diversi ftehimiet kummerċjali bejn l-2009 u l-2018. Skont il-panel indipendenti, minn £949.94 miljun li s-City sostnew li ġġeneraw, £119.25 miljun biss kienu leġittimi.
Is-City se jappellaw kontra d-deċiżjoni, li tista’ twassal għal tnaqqis ta’ punti, relegazzjoni jew projbizzjonijiet fuq trasferimenti.
Il-linja tal-arju Etihad qalet li l-mod kif il-Premier League kkomunika s-sejbiet ħoloq “implikazzjonijiet ta’ ħsara” għar-reputazzjoni tagħha u wissiet li se tfittex parir legali dwar l-għażliet disponibbli biex tipproteġi l-interessi tagħha. Il-kumpanija, madankollu, saħqet li l-impenn tagħha lejn Manchester City jibqa’ b’saħħtu.




