Thursday, October 1, 2026
Home Sport Gianni Infantino allegatament intervjena biex Man City u Paris SG jevitaw sanzjonijiet...

Gianni Infantino allegatament intervjena biex Man City u Paris SG jevitaw sanzjonijiet aktar severi

0
47

Rui Pinto, il-kreatur ta’ Football Leaks, qal li l-president tal-FIFA, Gianni Infantino, “m’għandux ikollu post fil-football”, wara li Manchester City instabu ħatja li kisru r-regoli finanzjarji tal-Premier League fuq perjodu ta’ disa’ snin.

Pinto tenna allegazzjonijiet li kienu ħarġu fl-2018, li Infantino, dak iż-żmien segretarju ġenerali tal-UEFA, intervjena biex jgħin lil Manchester City u Paris Saint-Germain jevitaw sanzjonijiet aktar severi relatati mal-Financial Fair Play. 

Skont dokumenti ppubblikati permezz ta’ Football Leaks u Der Spiegel, Infantino allegatament għen biex il-clubs jirċievu pieni aktar ħfief.

Il-UEFA kienet qalet li s-segretarju ġenerali kellu s-setgħa jassisti f’dawn il-kwistjonijiet, filwaqt li Infantino sostna li d-diskussjonijiet u l-iskambju ta’ dokumenti kienu parti mix-xogħol tiegħu.

Sadanittant, Infantino jinsab taħt pressjoni wara kontroversji oħra, fosthom il-pjan abbandunat dwar il-bejgħ ta’ ishma fit-Tazza tad-Dinja u kritika dwar il-FIFA Forward Enterprise. 

Aktar min hekk, l-FA Svizzera rtirat l-appoġġ tagħha, u qalet li diversi inċidenti qajmu mistoqsijiet dwar it-tmexxija u t-trasparenza tal-FIFA.

Infantino se jikkontesta għall-elezzjoni fl-2027.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here