Wednesday, July 24, 2024

Euro 2024: Gareth Southgate jsejjaħ l-iskwadra Ingliża finali

Aqra wkoll

Il-koppja ta’ Crystal Palace, Eberechi Eze u Adam Wharton, ġew inklużi fl-iskwadra tal-Ingilterra għall-Euro 2024, b’Jack Grealish, Harry Maguire u James Maddison fost dawk li tħallew barra.

Il-winger Eze, 25 sena, lagħab biss tliet darbiet għat-Three Lions iżda impressjona fir-rebħa ta’ ħbiberija ta’ 3-0 ta’ nhar it-Tnejn fuq il-Bos­nja/Herzegovina f’St James’ Park.

Il-midfielder Wharton, 20 sena, daħal bħala sostitut f’dik il-partita għall-ewwel dehra internazzjonali tiegħu.

Barra minn hekk, ġie żvelat li l-attakkant ta’ Manchester City, Grea­lish, id-difensur ċentrali ta’ Manchester United, Maguire, u l-midfielder ta’ Tottenham, Maddison, tħallew barra mil-lista finali ta’ 26 player.

Il-goalkeeper ta’ Burnley, James Trafford, id-difensur ta’ Liverpool, Jarell Quansah, id-difensur ta’ Everton, Jarrad Branthwaite, u l-midfielder ta’ Liverpool, Curtis Jones, tħallew barra wkoll mil-lista oriġinali ta’ 33 player.

Dan ifisser li d-difensur ta’ Manchester United, Luke Shaw, li ma lagħab l-ebda football minn nofs Frar ‘il hawn minħabba injury fil- hamstring, ġie nkluż.

L-iskwadra kollha li għażel Southgate hija:

Goalkeepers: Dean Henderson (C. Palace), Jordan Pickford (Everton), Aaron Ramsdale (Arsenal).

Difensuri: Lewis Dunk (Brigh­ton), Joe Gomez (Liverpool), Marc Guehi (C. Palace), Ezri Konsa (Aston Villa), Luke Shaw (Man U.), John Stones, Kyle Walker (Man City), Kieran Trippier (Newcastle).

Midfielders: Trent Alexander-Arnold (Liverpool), Conor Gallagher (Chelsea), Kobbie Mainoo (Man U.), Declan Rice (Arsenal), Adam Wharton (C. Palace).

Attakkanti: Jude Bellingham (Real Madrid), Jarrod Bowen (West Ham), Eberechi Eze (C. Palace), Phil Foden (Man City), Anthony Gordon (Newcastle), Harry Kane (Bayern Munich), Cole Palmer (Chelsea), Bukayo Saka (Arsenal), Ivan Toney (Brentford), Ollie Watkins (Aston Villa).

Ekonomija

Sport