Meta ntemm ir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024, il-Kroazja kien l-aħħar team li għadda għall-Fażi Finali biex għaqqad il-kwadru ta’ 21 finalist. Issa jonqos it-tliet timijiet li jikkwalifikaw mill-Play-Offs biex ikunu magħrufa l-finalisti kollha.
Għaldaqstant, il-Kroati ingħaqdu mat-team ospitu l-Ġermanja, flimkien ma’ Spanja, Skozja, Franza, Ingilterra, Turkija, Belġju, Awstrija, Portugall, Ungerija, Slovakkja, Albanija, Danimarka, Olanda, Rumanija, Svizzera, Serbja, Italja, Repubblika Ċeka u Slovenja.
Min-naħa tat-timijiet li se jilagħbu fil-Play-Offs huma: Georgia, Greċja, Ukrajna, Wales, Polonja, Estonja, Finlandja, Kazakhstan, Iżrael, Lussemburgu, Islanda u Bosnja.
Grupp B – L-Olanda ma sabu l-ebda diffikultá biex barra minn darhom għelbu lil Ġibiltá bl-iskor ta’ 6-0 li qabel din il-partita sofrew telfa kbira ta’ 14-0 kontra Franza.
Il-goals tal-Olanda waslu minn hat-trick ta’ Calvin Stengs (10, 50, 62) u minn Mats Wieffer (23), Teun Koopmeiners (38) u Cody Gakpo (81).
Franza tilfu r-rekord massimu ta’ rebħiet meta marru l-Greċja u spiċċaw fi draw ta’ 2-2. Randal Kolo Muani (42) u Youssouf Fofana (74) skorjaw għal Franza filwaqt li Anastasios Bakasetas (56) u Fotis Ioannidis (61) wieġbu għall-Griegi.
Grupp D – Il-Kroazja kellhom jitħabtu biex għelbu lill-Armenja bl-iskor ta’ 1-0 biex qatgħu l-passaġġ tagħhom għall-Fażi Finali, bil-goal importanti jasal minn Ante Budimir (43).
Min-naħa tagħhom Wales, fallew il-kwalifikazzjoni meta kellhom jikkuntentaw bi draw ta’ 1-1 kontra t-Turkija. Kien Nico Williams (7) li fetaħ l-iskor għall-Brittaniċi iżda Yusuf Yazici (70) kiseb id-draw għat-Torok minn penalty.
Grupp I – F’konfront dirett bejn iż-żewġ timijiet diġá kwalifikati, ir-Rumanija għelbu lill-Isvizzera bl-iskor ta’ 1-0, bl-uniku goal tal-partita jasal minn Denis Alibec (50).
Barra minn darhom Iżrael għelbu lil Andorra 2-0 permezz ta’ auto-goal ta’ Joan Cervos (29) u Gadi Kinda (81).