Wednesday, April 24, 2024

Euro 2024: Illum ikun magħruf il-kwadru kollu tal-finalisti

Aqra wkoll

Illum ikun magħruf il- kwadru komplet tal-finalisti tal-Euro 2024 liema tournament se jintlagħab fil-Ġermanja bejn l-14 ta’ Ġunju u l-14 ta’ Lulju,  hekk kif se jintlagħbu t-tliet finali tal-play-offs. 

Minn Path A, Wales jospitaw lill-Polonja li fis-se­mi-finali rebħu lill-Finladja (4-1) u lill-Estonja (5-1) rispettivament. 

Ir-rebbieħ jikkwalifika fi Grupp D, li fih hemm l- Olanda, l-Awstrija u Franza.

F’Path B, l-Ukrajna jaffrontaw lill-Islanda, li fis- semi-finali għelbu lill-Bosnja (2-1) u lill-Iżrael (4-1). 

Ir-rebbieħ jikkwalifika fi Grupp E, li jinkludi lill- Belġju, is-Slovakkja u r-Rumanija.       

Minn Path C,  Georgia jilagħbu kontra Greċja li fis-semi-finali eliminaw lil Lussemburgu (2-0) u lil Kazakhstan (5-0). 

Ir-rebbieħ jikkwalifika fi Grupp E, flimkien mat- Turkija, il-Portugall u r-Repubblika Ċeka. 

Sport