Sunday, December 22, 2024

Euro 2024: Jgħaddu wkoll l-Olanda, Rumanija u Svizzera

Aqra wkoll

Fit-tielet u l-aħħar programm tad-Disa’ Ġurnata tar-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024, għaddew tliet timijiet oħra għall-Fażi Finali. 

Dawn huma l-Olanda, ir-Rumanija u l-Isvizzera li ngħaqdu ma’ 13-il finalisti oħrajn li jinkludu lit-team ospitu l-Ġermanja, flimkien ma’  ma’ Spanja, Skozja, Franza, Ingilterra, Turkija, Belġju, Awstrija Portugall, Ungerija, Slovakkja, Albanija u Danimarka.  

Grupp B – L-Olanda aċċertaw il-kwalifikazzjoni b’reb­ħa minima ta’ 1-0 fuq l-Irlanda. Il-goal importanti wasal kmieni fil-partita minn Wout Weghorst (12).

Franza rreġistraw goleada ta’ 14-0 fuq Ġibiltá li kellhom lil Ethan Santos (18) imkeċċi. Il-goals waslu minn auto-goal ta’ Ethan Santos (3), Marcus Thuram (4), Warren Zaire Emery (16), Kylian Mbappe (30 pen, 75, 82), Jonathan Clauss (34), Kingsley Coman (36, 66)), Youssouf Fofana (37), Adrien Rabiot (64), Ousmane Dembele (73) u Olivier Giroud (89, 91).

Grupp D – Il-Kroazja għamlu pass kbir lejn il-kwalifikaz­zjoni meta barra minn darhom għelbu lil-Latvja bl-iskor ta’ 2-0 biex dawn tal-aħħar temmew fl-aħħar pożizzjoni. 

D’din ir-rebħa l-Kroati qabżu waħedhom fit-tieni pożiz­zjoni … żewġ punti fuq Wales u l-partita li jmisshom hija kontra l-Armenja. Din ir-rebħa waslet b’żewġ goals fl-ewwel taqsima minn Lovro Majer (7) u Andrej Kramaric (16). 

Min-naħa ta’ Wales, dawn spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra l-Armenja. Dawn tal-aħħar ħadu vantaġġ kmieni permezz ta’ Lucas Zelarrayan (5) filwaqt li Wales għamlu l-iskor indaqs minn auto-goal ta’ Nayair Tiknizyan (45). 

Grupp I – Ir-Rumanija u l-Isvizzera bbukkjaw posthom fil-fażi finali meta għelbu lil Iżrael 2-1 b’goals ta’  George Puscas (10) u Ianis Hagi (63) wara li Eran Zahavi (2) fetaħ l-iskor għat-team ospitu.

Min-naħa tal-Isvizzeri, dawn spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra l-Kosovo. Ruben Vargas (47) fetaħ l-iskor għall-Isvizzeri iżda Muhamet Hyseni (84) għamel l-iskor indaqs għal Kosovo.  

Ekonomija

Sport