Monday, May 13, 2024

L-ebda periklu wara li raġel hedded li jisplodi residenza fl-Imsida

... It-triq miftuħa mill-ġdid

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Triq il-Punent fl-Imsida tinsab mill-ġdid miftuħa wara li saru l-ispezzjonijiet neċessarji biex ikun assigurat li ma kien għad baqa’ l-ebda periklu.

Dan wara li aktar kmieni llejla raġel beda jhedded li jisplodi r-residenza u għal xi ħin inħolqot kommossjoni kbira fiż-żona b’diversi familji kellhom jiġu evakwati minħabba miżuri ta’ prekawzjoni li kellhom jittieħdu.

Filwaqt li r-raġel ġie miżmum, diversi uffiċjali kienu involuti f’ħidma biex ftit minuti wara t-triq setgħet tinfetaħ għan-normal mingħajr ebda periklu.

Aktar qabel: Familji evakwati mill-Imsida wara li persuna hedded li jisplodi l-post 

Diversi familji fl-Imsida kellhom jiġu evakwati wara li aktar kmieni llejla għall-ħabta tat-8:00 raġel beda jhedded li jisplodi l-post fejn kien fi Triq il-Punent fl-Imsida.

Mill-ewwel informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li r-raġel kellu xi gass u beda jhedded li kien se jisplodi r-residenza li kien fiha. Ir-raġel ġie miżmum mill-Pulizija li waslu minn diversi sezzjonijiet tal-Korp ftit minuti wara s-sejħa.

Fil-post kien hemm preżenza qawwija tal-Pulizija, Uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, timijiet mediċi u membri mill-Explosive Ordinance Disposal Unit tal-AFM bi klieb imħarrġa li f’ħidma konġunta assiguraw li ma kien għad hemm l-ebda periklu fiż-żona.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport