Wednesday, July 24, 2024

Euro 2024: Jissejjaħ Federico Gatti wara li weġġgħu Giorgio Scalvini u Francesco Acerbi

Aqra wkoll

Il-coach tal-Italja, Luciano Spalletti, sejjaħ lil Federico Gatti wara li weġġgħu Giorgio Scalvini u Francesco Acerbi. Il-veteran tan-Nerazzurri rtira mill-iskwadra li qed tipprepara għall-finali tal-Euro 2024 il-ġimgħa li għaddiet wara d-deċiżjoni tiegħu li jgħaddi minn operazzjoni biex isolvi l-kwistjoni­jiet ta’ wġigħ fil-groin, u naqqas l-għażliet ta’ Spalletti fid-difiża.

L-affarijiet marru mill-ħażin għall-agħar wara li Scalvini sofra injury fil-ligament kruċjat anterjuri fl-aħħar logħba tal-istaġun ta’ Atalanta kontra Fiorentina nhar il-Ħadd, injury li se żżommu fil-ġenb sal-aħħar tas- sena.

Il-veteran ta’ Inter, Acerbi, ilbieraħ saritlu operazzjoni fl-Istitut Kliniku Humanitas wara li l-ġimgħa l-oħra rtira mill-iskwadra Taljana.

Id-difensur ċentrali ta’ 36 sena tbiegħed uffiċjalment mill-iskwadra ta’ Spalletti f’Co­verciano il-ġimgħa li għaddiet wara li ssejjaħ fl-iskwadra proviżorja, u rtira minħabba injury frustranti fil-ftuq li laqtitu fl-aħħar stadji tal-istaġun.

Acerbi kien mistenni li jidher għall-Italja fil-Ġermanja u l-irtirar tiegħu naqqas l-għażliet ta’ Spalletti, kif ukoll l-injury fil-cruciate ligament li sofra Scalvini ta’ Atalanta fit-telfa ta’ 3-2 kontra l-Viola. 

Inter ħabbru li l-operazzjoni ta’ Acerbi kienet suċċess u wara perjodu ta’ mistrieħ, huwa se jibda l-irkupru tiegħu qabel l-istaġun 2024-25.

Ekonomija

Sport