Sunday, November 24, 2024

Euro 2024: L-Ingilterra kellhom jitħabtu kontra s-Serbja

Aqra wkoll

Serbja ……..…0

Ingilterra ……1

L-Ingilterra bdew l-impenji tagħhom fil-Euro 2024 b’rebħa 1-0 fuq is-Serbja grazzi għal goal ta’ Jude Bellingham.

Wara bidu qawwi, fit-tieni taqsima l-Ingliżi tilfu l-kontroll ta’ nofs il-ground biex ippermettew lis-Serbi jidħlu fil-partita u saħansitra kellhom il-mumenti tagħ­­hom.

Mas-suffara inizjali, l-Ingilterra bdew jiddominaw il-pussess tal-ballun bis- Serbi jirtiraw lura biex jiffollaw id-difiża fit-tentattiv li jiffrustraw lill-avversarji tagħ­hom.

Peró, il-pjan tas-Serbi falla minħabba li, fit-13-il mi­nuta, it-Three Lions fet­ħu l-iskor.

Bukayo Saka ġera mal- linja l-leminija u xeħet cross li kien devjat mid-di­fensur, Strahinja Pavlovic, biex għen lill-ballun jogħla li qabeż lid-difiża u sab lil JUDE BELLIGHAM li kien ġej bil-ġirja u b’daqqa ta’ ras stupenda sammar il-ballun fix-xibka.

Ir-reazzjoni tas-Serbi was -let fis-16-il minuta fejn resqu viċin li jiksbu d-draw meta Trent Alexander-Arnold tilef il-pussess tal-ballun barra l-kaxxa li ppermetta lil Aleksandar Mi­­t­­­ro­vic jinkwadra l-lasti iżda x-xutt tiegħu għadda jħakkek ma’ sieq il-lasta biex l-Ingliżi ħelsuha ħafif.

Iżda, fl-24 minuta, Alexander-Arnold patta għall-iżball meta kisser attakk  tal-avversarji f’nofs il-ground … u xeħet lejn Kyle Walker li ħarab waħdu iżda minn pożizzjoni ideali pprefera li jixħet għan-nofs milli jispara l-ballun fix-xibka.

Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, is-Serbi heddew meta Nikola Milenkovic dendel cross perikoluż, bid- difensur, John Stones, ma jikklerjax sew iżda fortunatament ma kien hemm l-ebda player Serb li seta’ jagħmel il-ħsara.

Sitt minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, id-difensur Kieran Trippier, kien pro­videnzjali għall-Ingilterra me­­ta antiċipa fil-ħin lil Andrija Zivkovic li kien qrib li jikkonkludi mill-cross ta’ Dusan Vlahovic.

Fis-59 minuta, is-Serbi ap­pellaw għal penalty meta Trippier deher jagħmel kun­tatt minimu ma’ Mitrovic iżda kien kollox normali għat-terna arbitrali.

Fis-76 minuta, l-Ingliżi kienu sfortunati meta s-sostitut, Jarrod Bowen, li kien ilu ftit minuti fil-ground, xeħet cross lejn Harry Kane li d-daqqa ta’ ras tiegħu ġiet salvata mill-goalkeeper, Predrag Rajkovic, megħjun mill-mimduda.

Fit-82 minuta, il-goalkeeper Jordan Pickford salva lill-Ingilterra meta xeħet f’corner ix-xutt ta’ Vlahovic.

Konxji mill-fatt li l-Ingliżi dehru għajjiena mentalment, fiżikament u mi­ngħajr l-ebda enerġija, is-Serbi żiedu l-pressjoni  iżda l-players tal-coach, Gareth Southgate, irreżistew sas-suffara finali.

Referee: Daniele Orsato (Italja)

Sport