Thursday, December 26, 2024

Euro 2024: L-Italja jirreġistraw rebħa importanti

Aqra wkoll

Fl-aħħar programm tas-sitt ġurnata tar-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024, l-Italja baqgħu jżommu t-tamiet tagħhom meta f’konfront dirett għelbu lill-Ukrajna 2-1. 

Grupp A – Spanja ospitaw lil Ċipru u rebħulhom bl-iskor ta’ 6-0 bl-iskorers ikunu Gavi (18),  Mikel Merino (33), Joselu (70), Ferran Torres (73, 88) u Alex Baena (77).

F’darhom in-Norveġja rebħu lil Georgia, li għadhom ġejjin minn telfa kbira ta’ 7-0 kontra Spanja,  bl-iskor ta’ 2-1 bil-goals jaslu minn Erling Haaland (25) u Martin Odegaard (33) filwaqt li Budu Zivzivadze (92) wieġeb għal Georgia. 

Grupp C– Fil-grupp ta’ Malta, l-Italja rreġistraw rebħa importanti fuq l-Ukrajna bl-iskor ta’ 2-1 biex laħquhom fit-tieni post iżda b’differenza ta’ goals aħjar u b’partita inqas. 

Il-goals ġew skorjati minn Davide Frattesi (12, 28) filwaqt li Andriy Yarmolenko (41) naqqas l-iskor għall-Ukreni. 

Grupp F – Il-Belġju saħħew posthom fil-quċċata tal-klassifika meta laqgħu lill-Estonja u rebħulhom bl-iskor ta’ 5-0, bil-protagonisti jkunu Jan Vertonghen (4) u Leandro Trossard (18), Romelu Lukaku (56, 58) li skorja doppjetta u Charles De Ketelaere (88).

L-Isvezja sfaw megħluba f’darhom mill-Awstrija bl-iskor ta’ 3-1 biex issa prattikament huma eliminati mill-fażi finali, bil-goals tal-viżitaturi jaslu minn Michael Gregoritsch (53) u doppjetta ta’ Marko Arnautovic (56, 69 pen) filwaqt li Emil Holm (91) irrisponda għall-Isvediżi. 

Grupp I – L-Isvizzera saħħew l-ewwel post tal-klassifika meta f’darhom għelbu lil Andorra bl-iskor ta’ 3-0, b’goals minn Cedric Itten (49), Granit Xhaka (84) u Xherdan Shaqiri (93).  

Ekonomija

Sport