Friday, July 26, 2024

Euro 2024: Malta megħluba b’żewġ goals fl-ewwel taqsima

Aqra wkoll

Malta …………..0

Maċedonja …. 2

It-team nazzjonali Malti safa megħlub mill-Maċedonja bl-iskor ta’ 2-0 biż-żewġ goals jaslu qabel il-mistrieħ liema konfront kien validu mir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew 2024.

Fl-ewwel taqsima, min­­­kejja li l-Maċedonja gaw­dew ħafna mill-pussess tal-ballun u dehru teknikament aħjar,  bdew jaslu biss sa tliet kwarti ta’ ground u miż-żewġ tentattivi li ħolqu, it-tnejn spiċċaw fix-xibka tagħna.  

Appena għaddew ħames minuti, l-avversarji tagħna fetħu l-iskor meta Ezgjan Alioski għadda lejn Enis Bardhi … u bejn ħames players Maltin il-ballun wasal għand Eljif Elmas li minn pożizzjoni ideali dawwar il-ballun għal ġewwa.

Ir-reazzjoni tal-Maltin waslet fit-13-il minuta meta Teddy Teuma tefa’ l-ballun lejn Ryan Camenzuli li ġera mal-faxxa laterali iżda mill-cross tiegħu ħadd ma kien hemm biex seta’ jitfa’ l-ballun fix-xibka.

Fid-19-il minuta kien Gjoko Zajkov li nnewtralizza fil-ħin il-cross ta’ Camenzuli għal corner hekk kif il-ballun deher nieżel f’sa­qajn Joseph Mbong li kien żmarkat quddiem il-goalkeeper avversarju.

Erba’ minuti wara, l-is­tess Zajkov laħaq frazzjoni ta’ sekonda qabel Kyrian Nwoko li kien f’pożizzjoni li jifta’ ġewwa.

Fl-40 minuta, Nwoko xeħet f’corner bir-ras mill-free-kick b’saħħtu ta’ Enis Bardhi. Iżda minuta wara, mill-corner tal-istess Bardhi, Jovan Manev tbaxxa u b’daqqa ta’ ras ħasad lil kulħadd u ddepożita l-ballun fix-xibka.

Peró, fil-ħin miżjud il-free-kick baxx ta’ Bardhi sab lill-goalkeeper Henry Bonello ferm attent biex salva minn fuq il-linja fatali.

Wara l-mistrieħ ir-ritmu naqas, tant, li kellna nistennew sad-69 minuta biex nassistu għal azzjoni perikoluża meta Alioski ta l-impressjoni li kien se jikkrossja iżda mpenja lil Bonello minn qagħda angolata bil-goalkeeper Malti isalva megħjun mill-wieqfa.

Fit-83 minuta, Enrico Pepe sab lill-goalkeeper f’postu meta pprova jdawwar il-ballun fix-xibka … u minuta wara Ryan Camenzuli seta’ għamel aħjar mill-cross ta’ Cain Attard meta bir-ras għolla l-ballun.

Sat-tmiem ma kienx hemm azzjoni denja ta’ nota bil-Maċedonja jiffollaw id- difiża … komdi u kuntenti bil-vantaġġ li kellhom.

malta: 1-Henry Bonello, 3-Ryan Camenzuli, 4-Steve Borg, 6-Matthew Guillaumier (11-Brandon Paiber 89), 7-Joseph Mbong (2-Cain Attard 46),  10-Teddy Teuma, 13-Enrico Pepe, 14-Kyrian Nwoko (8-Paul Mbong 72), 19-Bjorn Kristensen (20-Yannick Yankam 46), 22-Zach Muscat, 23-Jodi Felice Jones (9-Luke Montebello 46) – Coach: Michele Marcolini

Maċedonja: 22-Dajman Shishkovski, 4-Gjoko Zajkov (14-Nikola Serafimov 77), 6-Visar Musliu, 7-Eljif Elmas, 8-Ezgjan Alioski, 10-Enis Bardhi, 11-Jani Atanasov (17-Agon Elezi 77), 15-Jovan Manev, 18-Isnik Alimi, 20-Bojan Miovski (19-Milan Ristovski 93), 21-Bojan Dimoski (3-Stefan Ashkovski 85)  – Coach: Blagoja Milevski

REFEREE: Henrik Nalbandyan (Armenja)

ASS. REFEREES: Mesrop Ghazaryan, Artur Gdlyan (Armenja)

RABA’ UFF: Zaven Hovhannisyan (Armenja)

SKORERS: E. Elmas 5, J. Manev 41 (U)

AMMONITI: T. Teuma, S.Borg, R. Camenzuli (M)

Ekonomija

Sport