Friday, June 21, 2024

Euro 2024: Rumanija jegħlbu lill-Ukrajna b’wirja mill-aqwa

Aqra wkoll

Rumanija ….…3

Ukrajna …..….0

B’wirja mill-aktar konvinċenti u dominanti, ir-Rumanija għelbu lill-Ukrajna bl-iskor ta’ 3-0. Huma kellhom supremazija territorjali u qatt ma taw ċans lill-avversarji jidħlu fil-partita.

Iżda huma kellhom jistennew sad-29 minuta biex fetħu l-iskor meta Dennis Man approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża Ukrena, għadda tajjeb lejn il-captain NICOLAE STANCIU li venven xutt minn barra l-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper tal-Ukrajna, Andriy Lunin.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fid-39 minuta, De­nis Dragus kellu xutt fil-baxx mid-distanza li ġie devjat f’corner. 

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, ir-Rumeni komplew fejn ħallew qabel il-mistrieħ u fil-55 minuta rduppjaw meta Man tilef il-pussess tal-ballun iżda RAVZAN MARIN kien pront u venven xutt li għadda minn taħt idejn Lunin. 

Iżda żewġ minuti wara, l-istess Lunin evita goal ċert meta dawwar f’corner ix-xutt ta’  Andrei Ratiu mill-viċin.

Iżda huma ma kellhomx jiġu mċaħħda mill-azzjoni li segwiet sekondi biss wara meta mill-corner li rriżulta, Man għadda lejn  DENIS DRAGUS li minn taħt il-lasti ddepożita l-ballun fix-xibka.

Kien biss fis-76 minuta li l-Ukreni ħolqu l-ewwel periklu meta xutt b’saħħtu ta’ Georgiy Sudakov ġie salvat b’diffikultá mill-goalkeeper Florin Nita.

Huma tefgħu kollox fuq l-attakk fit-tentattiv li jagħmlu l-iskor aktar rispettabbli u, fl-84 minuta, Mykhailo Mudryk minn pożizzjoni ideali spara għoli.

Referee: Glenn Nyberg (Svezja)

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport