Tuesday, December 24, 2024

Euro 2024:Bukayo Saka eskluż mill-iskwadra Ingliża

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Arsenal, Bukayo Saka, ġie eskluż mil-logħob tal-Ingilterra kontra l-Awstralja u l-Italja minħabba injury.

Saka tilef ir-rebħa ta’ 1-0 tal-Premier League tal-Gunners fuq iċ-champions renjanti, Manchester City, minħabba li għadu ma rkuprax mill-injury fil-hamstring. 

L-FA Ingliza kkonfermat li Saka kellu jirtira wara li ġie evalwat mit-team mediku tal-Ingilterra u mhux se jiġi sostitwit fl-iskwadra, li issa għandha 25 player għad-dispożizzjoni tal-manager Gareth Southgate. 

L-Ingilterra se tiffaċċja lill-Awstralja nhar il-Ġimgħa li ġej, qabel ma erbat ijiem wara tiffaċċja lill-Italja f’logħba ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024.

“Le, mhux se jkun f’siktu,” qal il-manager ta’ Arsenal, Mikel Arteta, wara l-logħba tal-Ħadd. “Huwa ma tħarriġx għal sessjoni waħda.”

Filwaqt li ma kienx se jiżvela l-perjodu li fih Saka se jdum barra mill-azzjoni, Arteta żied jgħid: “Huwa mhuwiex disponibbli biex jilgħab il-football bħalissa.”

In-nuqqas ta’ Saka, nhar il-Ħadd li għadda, temm sensiela ta’ 87 logħba konsekuttiva fil-Premier League.

Il-player ta’ 22 sena, kien qed jissielet ma’ din l-injury għal dawn l-aħħar ġimgħat u wara li ġie rtirat fir-rebħa ta’ 4-0 fuq Bournemouth, fit-30 ta’ Settembru li għadda, Arteta ġie kkritikat li utilizzah fit-telfa ta’ 2-1 kontra RC Lens liema partita kienet valida mill-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Cham­pions League. 

Min-naħa tiegħu, il-manager tal-Ingilterra, Gareth Southgate, qal li ma kienx se jieħu riskji ma’ Saka, minkejja li l-Ingilterra tista’ tissiġilla l-kwalifikazzjoni għall-fażi finali tal-Euro 2024, f’dan il-programm. 

“Ninsabu f’perjodu kemmxejn delikat. Għandna dik ir-responsabbiltà li nikkwalifikaw għall-fażi finali ta’ din il-kompetizzjoni … iżda jien kont player.  

“Qatt ma ħadt riskju fuq il-benesseri fiżiku ta’ player, u lanqas ma jien se nieħu issa. Saka jibqa’ player importanti għalina li żgur li fil-futur se jkun arma fl-objettivi tagħna,” qal Southgate.

“Huma l-clubs tal-Premier League li jridu jżommu informati biex aħna nieħdu deċiżjonijiet li huma tajbin kemm għall-players innifishom kif ukoll għan-nazzjonal.”

Ekonomija

Sport