KAZAKSTAN……0
MALTA…………..1
It-Tim Nazzjonali Malti tan-Nisa ta’ taħt id-19-il sena temm il-kampanja tiegħu fil-Kampjonat Ewropew tal-UEFA WU19 b’rebħa ta’ 1-0 kontra l-Każakistan nhar l-Erbgħa f’logħba missielta li kellha ħafna ċansijiet għaż-żewġ naħat.
Malta bdiet b’saħħitha, u fl-10 minuta kellhom opportunità tajba biex jiftħu l-iskor, meta Nyorah Celeste ippruvat iddawwar il-ballun fir-rokna tax-xibka, iżda x-xutt tagħha ġie salvat mill-goalkeeper tal-Kazakstan, Karolina Guk.
Fil-21 minuta, il-Kazakstan resqu qrib ħafna li jmorru fil-vantaġġ meta rebħu freekick. Yelizaveta Medvedeva kellha l-isforz qawwi tagħha jaħbat mal-lasta, qabel ma ntemm barra.
Iż-żewġ timijiet kienu qed jikkanċellaw lil xulxin għal partijiet kbar tat-taqsima, bil-biċċa l-kbira tal-logħob ikun f’nofs il-grawnd. Fit-34 minuta, Medvedeva rċeviet il-ballun fit-tarf tal-kaxxa, u ppruvat xortiha minn distanza, iżda x-xutt tagħha ntemm barra.
Fl044 minuta, Francesca Bartolo interċettat il-ballun f’nofs il-grawnd, qabel ma temmet azzjoni veloċi, b’xutt mid-distanza li ntemm barrra.
L-iskor baqa’ mingħajr gowls qabel il-mistrieħ.
Il-Kazakistan kellhom opportunità kbira biex imorru minn fuq fis-57 minuta, meta Ary Yermagambetova, kellha x-xutt tagħha jintemm barra, u l-iskor baqa’ intatt.
Malta fetġu l-iskor fil-61 minuta, meta xutt qawwi minn Bartolo mid-disnaza ħabat mal-lasta, u Ema Micallef rreaġixxiet malajr, billi kkonkludiet mir-rebound biex għamlithom 1-0 favur Malta.
Erika Muscat ġiet imsejħa fl-azzjoni fit-73 minuta, meta l-Kazakistan bnew attakk fuq ix-xellug, iżda l-goalkeeper Maltija rreaġixxiet tajjeb biex salvat mill-viċin, billi dawret f’corner.
Malta resqet viċin ħafna li tirdoppja l-iskor fit-78 minuta, meta Thais Muscat, qabel ma kellha x-xutt tagħha jintemm ftit barra. Malta kompliet fuq l-offenisva, u fit-80 minuta, Shannen Mallia sabet lil Lisa Calleja, li kellha x-xutt b’saħħtu tagħha salvat minn Guk.
Malta kompliet tamministra l-vantaġġ tagħha fl-aħħar stadji tal-partita, u ħarġet rebbieħa bl-iskor minimu ta’ 1-0, biex temmew il-kampanja tagħha fil-Kampjonat Ewropew tal-UEFA WU19 b’wirja u riżultat pożittiv.
Kazakstan: 12 Karolina Guk, 4 Adeliya Bekkozhina, 6 Darya Tolkachyova, 8 Aiya Muttari, 10 Aru Yermagambetova, 11 Aizere Muratzhan (5 Aidana Baizhanova, 65’), 13 Yelizaveta Medvedeva, 16 Ramina Omarova, 18 Anelya Meimanbay (15 Shakhnoza Kholbayeva, 46’), 19 Zhansezim Aissapar, 20 Assel Zholbolat Coach: Xeniya Postovaya
Malta: 1 Erika Muscat, 4 Amber Galea, 5 Francesca Bartolo, 6 Ema Micallef, 7 Lisa Calleja, 8 Caitlyn Turner, 9 Suzanne Farrugia Sacco (16 Shannen Mallia, 67’), 10 Nyorah Celeste, 11 Thais Muscat, 17 Lara May Azzopardi, 19 Stella Francalanza Coach: Melania Bajada
Referee: Petra Vajdeckova (Slovakkja)
Skorers: E. Micallef 61 (M)
Ammoniti: Zhansezim Aissapar (K), Suzanne Farrugia Sacco (M)

