Tuesday, December 24, 2024

Euro U21:Illum Malta tkun impenjata  f’partita diffiċli kontra l-Belġju

Aqra wkoll

Illum, it-team nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena jil­għab is-sitt partita minn Grupp B tar-round ta’ kwali­fikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew m­eta jaffronta lill- Belġju.

It-team immexxi minn Ivan Woods għadu ma kiseb l-ebda punt minn ħames logħbiet wara telfiet kontra Spanja, l-Iskozja, il-Belġju, l-Ungerija u l-Kazakhstan.

Fil-fatt, iż-żgħażagħ Maltin diġá ltaqgħu kontra l-Belġjani f‘pajjiżna, fit-13 ta’ Ottubru li għadda, u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-0.

Għaldaqstant wieħed jantiċipa li dan se jkun konfront ieħor mill-aktar diffiċli.

Il-Belġjani huma rinomati għall-football veloċi u dirett tagħhom u ċertament li l- pjan tal-coach tagħna jrid ikun wieħed difensiv biex nilqgħu l-pressjoni tal-avversarji. 

It-team jinsab fil-gwida tal-coack Gill Swerts, 41 sena, li fil-karriera tiegħu lagħab għall-Belġju bħala di­fensur. 

Bħalissa huma jinsabu fit-tieni post tal-klassifika flim­kien mal-Iskozja iżda b’differenza ta’ goals inferjuri.  

L-iskwadra Maltija tinsab fil-belt ta’ Leuven fejn nhar it-Tnejn li għadda għamlet l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ għal dan il-konfront. 

Għall-ewwel darba, il-coach Malti sejjaħ lill-Malti/Awstraljan, Dylan Scicluna, li jilgħab ma’ Western Sydney Wanderers li żgur li se jġib miegħu esperjenza kbira f’logħbiet ta’ dan il-livell. 

Barra minn hekk, Woods sejjaħ ukoll liż-żewġ players influwenti li jilagħbu f’kam­pjonati barra minn xtutna, Basil Tuma (Reading) u Jake Micallef (Leixoes).

Il-logħba se tintlagħab f‘Den Dreef Stadium li jesa’ madwar 10,000 spettatur u li normalment jospita logħbiet tat-tim li jilgħab fil-Jupiler League, Oud-Heverlee Leuven. 

Il-partita tibda fit-8.00 pm.

Ekonomija

Sport