Saturday, May 4, 2024

“Eurovision: Europe Shine A Light” … Show se jittella’ minflok is-serata finali tal-Eurovision Song Contest

Aqra wkoll

Hekk kif il-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena tħassar kaġun tal-pandemija tal-coronavirus, l-organizzaturi ħasbu li xorta waħda jwasslu programm mill-isbaħ li se jkun qed jieħu post is-serata finali li kienet mistennija li tiżvolġi nhar is-Sint 16 ta’ Mejju.

Ix-show li se jkun qed jittella’, li jġib l-isem “Eurovision: Europe Shine A Light” se jkun qed jonora l-41 kanzunetta f’format mhux kompetittiv. Dan filwaqt li jipprovdi diversi sorpriżi għal dawk li għandhom għal qalbhom dan il-festival, u li se jkunu qed jassistu għal dan l-ispettaklu minn djarhom.

L-ispettaklu se jiġi preżentat mill-preżentaturi Olandiżi Chantal Janzen, Edsilia Rombley u Jan Smit.

YouTube video

Intant il-kanzunetta li kienet se tirrappreżenta lil pajjiżna, u li kienet se tiġi kantata minn Destiny, hija “All Of My Love”. Il-kanzunetta hija miktuba minn sitt kompożituri u awturi barranin.

Sport