Monday, May 13, 2024

Fi New York kull 2.9 minuti tmut persuna kaġun tal-coronavirus

Aqra wkoll

Is-Sindku tal-belt bi twissija li l-agħar tal-pandemija għad irid jiġi

Is-Sindku tal-belt ta’ New York Bill de Blasio wissa li l-agħar tal-pandemija tal-coronavirus għad trid tiġi u qed ibassar li din saħansitra jaf tibqa’ għaddejja sa Mejju. Dan hekk kif il-belt qed tkompli bl-isforzi biex iżżid in-numru ta’ sodod fl-isptarijiet tagħha.

It-twissija tas-Sindku għamel din it-twissija jum biss wara li ċifri jindikaw li fil-belt ta’ New York kull 2.9 minuti tmut persuna infettata bil-coronavirus. Dan hekk kif matul il-jum tal-bieraħ, fuq medda ta’ sitt sigħat biss, in-numru ta’ persuni li mietu kaġun tal-virus qattiela tela’ b’127.

Uffiċjali fil-belt issa qed jiġġieldu kontra l-ħin biex iżidu n-numru ta’ sodod biex jiffaċċjaw l-influss ta’ pazjenti infettati bil-coronavirus.

Intant il-vapur USNS Comfort, vapur tal-marittima Amerikana mgħammar bħala sptar u li jinkludi mat-12-il sala ta’ operazzjoni, u elf sodda, wasal fil-belt matul il-jum tal-bieraħ. Il-vapur se jkun qed jintuża biex jilqa’ pazjenti li mhumiex infettati bil-coronavirus bil-għan li aktar sodod fl-isptarijiet tal-belt jiġu disponibbli.

Sport