Thursday, October 10, 2024

Everton reġgħu interessati f’Ainsley Maitland-Niles ta’ Arsenal

Aqra wkoll

Everton qed jippjanaw li jerġgħu jqajmu l-interess tagħhom f’Ainsley Maitland-Niles ta’ Arsenal waqt it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.

It-Toffees kienu viċin li jassiguraw is-servizzi tal-player ta’ Arsenal fit-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf bi ftehim ta’ self b’għażla permanenti, iżda l-Gunners m’aċċettawx dan il-ftehim.

Il-manager Mikel Arteta qal lil Maitland-Niles li huwa jibqa’ parti mill-pjanijiet tiegħu għall-istaġun li ġej, iżda Everton se jfittxu li jittestjaw id-determinazzjoni tagħhom jekk l-opportunitajiet tiegħu jibqgħu limitati minn issa sas-Sena l-Ġdida.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena kien l-iktar utilizzat bħala difensur ta’ Arsenal u l-Ingilterra qabel, iżda huwa mifhum li jrid jistabbilixxi ruħu f’nofs il-ground.

Maitland-Niles ingħaqad ma’ West Bromwich Albion b’self għat-tieni nofs tal-istaġun li għadda, fejn irnexxielu jagħmel 15-il dehra kompletament fi rwol ċentrali f’nofs il-grawnd għall-Baggies.

Madankollu, il-manager ta’ Everton, Rafael Benitez, kien irrappurtat li kien qed jara lill-Ingliż bħala kompetizzjoni għall-veteran Seamus Coleman u Lucas Digne fid-difiża, dipartiment fejn il-club ta’ Merseyside jidher li huwa ftit dgħajjef għal dan l-istaġun.

Sport