Wednesday, April 24, 2024

“Faċli tgħid għajjejt f’relazzjoni… aħna bqajna niġbdu ħabel wieħed”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kapitlu 13 b’diska ġdida dwar l-imħabba

“Din id-diska nibtet minn erba’ kelmiet ma’ koppja li kienet issegwina u li kienu qegħdin jistennew bil-ħerqa l-ġurnata tat-tieġ tagħhom. Ir-rakkont kien minnu nnifsu jesprimi ċerta passjoni ta’ mħabba u qbilna li nagħmlu din id-diska”, hekk beda biex jgħid magħna Joseph minn Kapitlu 13; il-moħħ wara l-lirika ta’ din id-diska.

YouTube video

Permezz ta’ din id-diska Colin u Kim, mhux biss qegħdin jirrakkontaw parti mill-isfidi tal-ħajja, iżda qegħdin jappellaw lil dawk il-koppji li qed jiltaqgħu ma’ xi sfidi biex jiftakru f’dawk il-mumenti sbieħ ta’ bejniethom u fejn u possibbli jaħdmu biex isaħħu r-relazzjoni ta’ bejniethom.

Mitlub reazzjoni dwar din id-diska Joseph qalilna li kien pjaċir tiegħu u l-kumplament tal-grupp li jiltqgħu ma’ din il-koppja li l-imħabba tagħhom tidher tiddi f’għajnejhom. Huwa qalilna li bħal dejjem, dawn in-nies li jiltaqa’ magħhom ikomplu jgħallmuh affarijiet ġodda li jgħinuh isaħħaħ il-vokabularju tiegħu fil-kitba u l-ideat tal-kitba inġenerali. 

“L-imħabba m’għandhiex post jew età”

Joseph Kapitlu Tlettax

“Tgħallimt li m’hemmx koppja ideali, dejjem kont nemmen li r-ritratti fuq il-midja soċjali m’għandhomx iħalluk tinġarr fil-ħsibijiet għax ħadd ma taf minn wara l-kwinti minn xiex ikun għadda, pero li hu żgur huwa li l-imħabba m’għandhiex post jew età. Jalla din id-diska sservi ta’ ġid għal min jinsab f’mument diffiċli fir-relazzjoni tiegħu”, temm jgħidilna Joseph.

Sport