Thursday, October 10, 2024

Tpartit bejn Leroy Sane u Timo Werner?

Aqra wkoll

Chelsea qed iħejju ftehim ta’ tpartit ma’ Bayern Munich għall-istilel Ġermaniżi Leroy Sane u Timo Werner fis-sajf li ġej.

Werner tħabat fl-ewwel staġun tiegħu fil-Premier League fl-istaġun 2020-21, wara li ħalla lil RB Leipzig biex imur jilgħab fi Stamford Bridge għal ħlas li jista’ jitla’ għal £57.6m.

Iż-żagħżugħ ta’ 25 sena rnexxielu jiskorja biss sitt goals f’35 dehra fil-Premier League fl-istaġun li għadda, u issa jista’ ma jkunx utilizzat daqshekk b’mod regolari wara l-wasla ta’ Romelu Lukaku mingħand Inter.

Madankollu, Werner huwa “l-għan ewlieni ta’ Bayern għas-sajf li ġej”, hekk kif qed ifittxu li jġeddu l-iskwadra tagħhom.

Chelsea huma miftuħa li jutilizzaw lil Werner bħala parti mit-trasferiment mixtieq ta’ Sane.

Huwa mifhum li l-manager Thomas Tuchel assenja lill-winger ta’ Bayern bħala l-mira li jmiss tiegħu għat-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf tal-2022, sentejn biss wara li ngħaqad mingħand Manchester City għal ħlas li jista’ jitla’ għal £ 72 miljun.

Bħal Werner, Sane kellu l-ewwel staġun mimli tlugħ u nżul fil-club il-ġdid tiegħu minħabba ħafna injuries u forma inkonsistenti.

Il-winger irnexxielu jibda biss 18-il partita minn total ta’ 32 partita fl-istaġun li għadda fil-Bundesliga, fejn skorja sitt goals u rreġistra disa’ assists, u għad irid jara jekk huwiex meqjus bħala player ewlieni għall-manager il-ġdid, Julian Nagelsmann.

Sport