Wednesday, April 24, 2024

Evitat l-iżgumbrament tal-każin ta’ Stella Maris f’Tas-Sliema

Ftehim fuq €450,000 f'kumpens

Aqra wkoll

Is-sitwazzjoni tal-każin ta’ Stella Maris f’Tas-Sliema, li dwaru kien hemm sentenza ta’ żgumbrament, ġiet riżolta lbieraħ wara li ntlaħaq ftehim bejn il-Gvern u l-utilisti tal-proprjetà.

L-utilisti għall-ewwel kienu rrifjutaw l-offerta mogħtija lilhom mill-Gvern u talbu sitt darbiet aktar minn dak li ġie offrut lilhom. Fil-fatt, dan il-ġurnal jinsab infurmat li t-talba oriġinali tagħhom kienet tlaħħaq il-€1.8 miljun, liema talba kienet meqjusa bħala waħda eżaġerata għal ċens li jagħlaq tliet snin u disa’ xhur oħra. 

Minkejja dan, L-Orizzont jinsab infurmat li fl-aħħar sigħat intlaħaq ftehim fuq kumpens ta’ €450,000 għall-perjodu rimanenti taċ-ċens. Issa jmiss li fil-jiem li ġejjin ikun iffirmat il-kuntratt fejn ikun irrinunzjat iċ-ċens, bl-utilisti jingħataw il-kumpens u l-Gvern jidħol fi ftehim mas-Soċjetà Filarmonika Stella Maris fir-rigward tal-kera.

Is-Soċjetà Filarmonika Stella Maris ta’ Tas-Sliema, fi stqarrija li ħarġet, irringrazzjat lil dawk kollha li tawha appoġġ u wrew solidarjetà magħha f’din il-kwistjoni li kienet ilha għaddejja s-snin. 

Sport