Monday, December 23, 2024

EWRO 2024: TENDENZA GĦAL AKTAR IMĦATRI

Il-kompetizzjoni Ewropea tal-futbol internazzjonali, magħrufa bħala l-Ewro 2024, iġġib magħha entużjażmu kbir ukoll fost dawk midħla tal-imħatri fuq avvenimenti sportivi. Ejja nkunu responsabbli!

Aqra wkoll

Minn Kayne Said, Maniġer għal Komunikazzjoni – Fondazzjoni Logħob Responsabbli – [email protected]

F’mument bħal dan, x’parir tagħti lil kull min għandu l-imħatri sportivi (sports betting) għal qalbu?

Tali avvenimenti sportivi jqanqlu tendenza ikbar għal betting fost l-entużjasti kollha. Niftakru wkoll li l-aċċessibilità tal-pjattaformi onlajn aktar tat in-nar lil din ix-xejra.

Inżommu f’moħħna li filwaqt li sports betting jista’ jkun forma ta’ divertiment għal ħafna, iġorr ukoll miegħu riskji, speċjalment għal individwi vulnerabbli. Fatturi bħal aċċess faċli, norma soċjali u l-adrenalina jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ mġiba ta’ logħob tal-azzard problematiku.

Ftakru li nistgħu nieħdu gost b’tali avvenimenti sportivi u fl-istess ħin nipparteċipaw f’betting responsabbli. Billi naħdmu fuq il-bilanċ, fejn jiġi amplifikat il-gost fuq ir-riskju finanzjarju, individwi jistgħu jesperjezaw l-eċċitament li jġib miegħu l-isports mingħajr ma jaqgħu għall-problemi tal-logħob tal-azzard problematiku.
Kemm huwa importanti l-bżonn ta’ għarfien u sapport?

Hekk kif avvenimenti bħal dawn jiġbdu l-attenzjoni tad-dinja, huwa kruċjali li nwasslu għarfien rigward ir-riperkussjonijiet potenzjali tal-logħob tal-azzard eċċessiv.
Il-Fondazzjoni tissapportja kampanji edukattivi, programmi fil-komunità u servizzi ta’ sapport (1777 u chatline), li kollha kemm huma huma essenzjali biex jiġu mgħejunin individwi biex jirrikonoxxu u jindirizzaw imġiba problematika.

Huwa importanti li nippromwovu logħob responsabbli u nikkollaboraw ma’ diversi entitajiet soċjali u privati biex ngħinu bl-aħjar mod.

Għalhekk huwa kruċjali li persuna tilgħab b’mod responsabbli.

Li persuna tilgħab f’attività rikreazzjonali u ta’ divertiment ma fiha xejn ħażin.

L-għan tagħna huwa li dik il-persuna tilgħab b’mod responsabbli, jiġifieri li timxi mal-limitu tal-kontroll, kemm ta’ ħin u ta’ flus. B’hekk din l-attività ma tkun qed twassal għal ebda riskju.

Persuna tilgħab b’mod responsabbli meta l-logħob ma jkunx qed jieħu post affarijiet importanti u serji bħalma huma l-familja, il-ħbieb u x-xogħol.

Meta persuna taqbeż il-linja tal-kontroll u teċċedi l-pjaċir, il-logħob jista’ jibda jsir vizzju. Dan kollu jista’ jibda jwassal bil-mod għall-kompulsività u l-patoloġija.

Jekk persuna tħossha li għandha problema jew tixtieq titkellem, inħeġġuha biex tikkuntattjana fuq il-1777 jew tuża s-servizz taċ-chatting fuq www.rgf.org.mt.

www.rgf.org.mt

Ekonomija

Sport